............................................................................................................................................................
  2006/2007 CIS Programme

Oct 06 | Dec 06 | Jan 07 | Feb 07 | Mar 07 | Apr 07 | May 07 | Jul 07 | Aug 07

 
Ottubru 2006 | index
Mulej, Għallimna Nitolbu
Huwa l-Ispirtu ta’ Ġesù li f’qalbna jqanqalna biex nitolbu. Iżda aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna. F’dan l-irtir nitgħallmu flimkien metodi differenti ta’ talb.
Data: Mill-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru 2006 fis-7.00 ta’ fil għaxija, sal-ħadd 29 wara l-pranzu.
Dati: Post: Dar Manresa - Għawdex
Imexxu: Ms Rosaline Scicluna, Ms Mary Xuereb, Fr. Paul Zammit SJ
Weekend Seminar (in English)

Select Themes from the Book of Job And the Spiritual Exercises of St. Ignatius of LoyolaKors fuq kif Nitlob aħjar bit-Temperament tal-Personalita’  tiegħi?

Everyone knows the book of Job as the book of suffering! It is a difficult book of the Old Testament yet it contains many messages on themystery of suffering, prayer, God’s omnipotence, doing God’s will… themes similar to those found in the book of the Spiritual Exercises of St Ignatius of Loyola. During the seminar important themes will be explained. There will be time for prayer and reflection. The seminar will be conducted in English by Prof. Anthony J. Frendo a scholar in Arabic and Middle East studies. He also lectures in Scripture, Biblical Archaeology and Classical Hebrew.
Date: From Friday 27th October, at 6.30pm till Sunday 29th, 5.00 pm
Place: Mt St Joseph Retreat House, Mosta

Given by: Prof. Anthony J. Frendo (Professor in Scripture and Biblical Archaeology)
Diċembru 2006 | index
Min Laqa’ ‘l Dak li Ġie fostna?
Nemmnu li Dak li Ġie fostna fil- Milied huwa Ġesù, l-Iben ta’ Alla nnifsu. Quddiemu kulħadd kellu jagħmel għażla: min laqgħu u min ma tax kasu jew ma laqgħux. Matul dan l-irtir sejrin naraw aħna ma’ liema nies konna nkunu. Billi l - Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru hi vaganza, dawk li jixtiequ jistgħu jiġu l-ħamis, 7 filgħaxija u l-għada nipprofittaw mis-sbuħija ta’ Għawdex biex noħorġu flimkien. Meta tibbukkjaw avżaw jekk intomx ġejjin għall-ħarġa tat-8 ta’ Diċembru jew le.
Data: Mill-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2006 fis-6.00 pm sal-ħadd 10 wara l-pranzu.
Post: Dar Manresa - Għawdex
Imexxu: Dr Edward Warrington u Fr. Paul Zammit SJ
Jannar 2007 | index
Irtir/Workshop fuq ir-Rabja
Fil-ħajja tagħna jistgħu jiġru ħafna affarijiet li jweġġgħuna, jirrabjawna u jimlewna b’ħafna sens ta’ ħtija li jħawduna u joħdulna l-paċi minn qalbna. Din is-sitwazzjoni tant diffiċli tista’ tgħinna nikbru! Dan il-weekend joffri spazju u ambjent ta’ aċċettazzjoni u tolleranza biex naqsmu l-esperjenza tagħna... filwaqt li nħallu ‘l Alla jgħinna nsibu l-paċi u s-sens ta’ din it-tbatija nterjuri f’ħajjitna.
Data: Mill-Ġimgħa 19 ta’ Jannar fis-6.00pm sal-ħadd 21, fil-5.00pm
Post: Mount St Joseph Retreat House,Mosta
Imexxu: Fr. Vince Magri S.J. flimkien ma’ Ms Mary Cassar u Ms Polly Schembri
Weekend Seminar (In English) on The letter to the Galatians and Select Themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius

St Paul’s letter to the Galatians is commonly considered to be the ‘Magna Carta’ of Christian freedom. It is could be viewed as Paul’s passionate exposition on the basic principles of Christianity which he later set out more calmly and thoughtfully in his letter to the Romans. What is at stake is the basic issue of whether we are saved completely free of charge by Christ’s gift of himself and all that we need to transform us into Himself, or whether we could ever justify ourselves independently of His grace. However, in no way does this tenet of Christianity block us form cooperating with God’s gift. Indeed, we are called to freedom towards God and others, and not towards self-centredness; hence the letter to the Galatians urges us to delve into practical Christianity. In this seminar (where there will also be time for personal reflection and/or prayer), themes similar to those found in the letter to the Galatians will be examined from the Spiritual Exercises of St Ignatius.
Date: From Friday 26th January, at 6.30 pm till Sunday 28th, 5.00pm
Place: Mt St Joseph Retreat House, Mosta

Given by: Prof. Anthony J. Frendo (Professor in Scripture and Biblical Archaeology)
Frar 2007 | index
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv u jgħin lill-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri lill-koppji parteċipanti opportunita’ sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom
Dati: Mill-Ġimgħa 16 ta’ Frar, fis-6.00 pm sal-Ħadd 18, fil-5.00 pm
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Marzu 2007 | index
Fuq Liema Sisien Nibni ħajti?
F’waħda mit-tixbihat tiegħu, Ġesù jsemmi zewġ tipi ta’ nies li jridu jibnu dar. Tip minnhom, qabel ma jibni, jibda jħaffer sakemm isib il-blat iebes biex jibni fuqu. It-tip l-ieħor jaqbad jibni mill-ewwel fuq ir-ramel. Wara maltempata kbira, id-dar mibnija fuq is-sod baqgħet kif kienet, izda l-oħra ġġarfet għax ma kellhiex pedament fuqhiex isserraħ. (Mt 7: 24-27) ħajti wkoll irrid nibniha fuq xi ħaġa. Fuqhiex qed nibniħ Fuq pedament sod u permanenti jew fuq strutturi li jinbidlu l-ħin kollu? F’hiex jikkonsisti dan il-pedament? Fejn se jwassalni fil-binja ta’ ħajti? L-għan ta’ dan is-seminar hu biex jgħinni nfittex u niskopri s-sisien u d-direzzjoni ta’ ħajti. L-esperjenzi ta’ ħajti, speċjalment f’mumenti ta’ diffikultà, juruni kemm ħajti hi mibnija fuq is-sod u ‘l fejn sejra. F’dan is-seminar ikollna ċans nisimgħu, nirriflettu, nitolbu, niddiskutu u nagħmlu taħriġ personali u fi gruppi.
Data: Kull nhar ta’ Erbgħa bejn is 6.30 u d-9.00 p.m. f’dawn id-dati: 28 ta’ Frar, 7, 14 u 21 ta’ Marzu 2007.
Post: Mt St Joseph Retreat House, Mosta
Imexxu: Il-koppja Gordon u Josette Vassallo, u Fr. Reno Grech, S.J.
Weekend ma’ S. Marija Magdalena

B’ħafna parteċipazzjoni attiva, li tinvolvi role-plays, workshops kreattivi u Omien ta’ riflessjoni personali, nikkontemplaw lil S. Marija Maddalena tikber fl-intimita’ mal-Mulej Gesù. Dan il-Weekend huwa miftuħ l-aktar għal dawk għandhom jew kellom esperjenza ta’ Komunita’. Dan il-Weekend jgħodd ħafna għal min jixtieq ikun xi tip ta’ group leader biex jakkumpanja l-oħrajn jimmaturaw fir-relazzjoni ma’ Sidna Gesù.
Data: Mill-Ġimgħa 2 ta’ Marzu fis-6.00pm sal-ħadd 4, fil- 5.00pm.
Post: Mt St Joseph Retreat House, Mosta

Imexxu: Maryann Muscat, Mary Xuereb u Fr Ray Pace SJ
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin

Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv u jgħin lill-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri lill-koppji parteċipanti opportunita’ sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom
Data: U mit-16 ta’ Marzu, fis-6.00pm sal-ħadd 18, fil- 5.00pm.
Post: Mt St Joseph Retreat House, Mosta

Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Zmien ir-Randan: inħejju għall-Għid billi nifhmu u ngħixu aħjar il-Magħmudija tagħna

Permezz ta’ l-ikona tal-Magħmudija tal-Mulej, Fr. Gerard Buhagiar jgħinna nidħlu iktar ‘fil-fond filmisteru ta’ Kristu li miet għalina u issa jgħix għal dejjem.
Data: Mill- Ġimgħa 16 ta’ Marzu fis-7.00 ta’ fil għaxija sal- ħadd 18 wara l-pranzu.
Post: Dar Manresa - Għawdex

Imexxi: Fr. Gerard Buhagiar, SThD DipLit Dip Arch
Irtir għall-Professjonisti bil-Malti

Dan l-irtir, li għandu storja twila, huwa miftuħ kemm għall professjonisti individwali kif ukoll għan-nisa tagħhom.
Data: Mill-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fis-7.00 ta’ filgħaxija sal - ħadd 25 wara l-pranzu.
Post: Dar Manresa - Għawdex

Imexxi: Fr. Franz Refalo (hu stess kien professjonista qabel sar qassis)
Trid tiltaqa’ tassew ma’ Kristu? – Kif, Fejn u Meta?

F’dan is-Seminar irridu nilqgħu l isfida qawwija li dawn il-mistoqsijiet jagħmlulna. Nirriflettu fuq xi tfisser “ir-rieda tagħna” quddiem il-persuna ta’ Ġesù, speċjalment fil-kultura u s-soċjetà li qed ngħixu llum. U x’differenza tagħmel f’ħajtek li tiltaqa’ ma’ Kristu? X’ser tassew jinbidel? F’das-Seminar nirriflettu fuq dawn il-mistoqsijiet.
Data: Nhar l-Erbgħa ta’ qabel id- Duluri, 28 ta’ Marzu. Mis-6.00 pm sat-8.00 pm.
Post: Mount St. Joseph Retreat House - Mosta

Imexxi: Fr Arthur G. Vella SJ
Weekend Retreat Bil-Muzika

Fl-Iskrittura nsibu li l-istrumenti muzikali u l-kant dejjem kienu modi li ntuzaw għat-tifħir ta’ Alla. Il-muzika dejjem kienet medium li għennet il-bniedem jesprimi ruhu spiritwalment. Il-muzika tferraħ il-qalb li tinfeta? aktar għall - prezenza ta’ Alla f’ħajjitna. Dan il-weekend kreattiv joffri spazju għat-talb personali u fi-grupp permezz tal-muzika. Il-mexxejja tal-weekend huma persuni li jħobbu u huma midħla tal-muzika. Marija Blanco hija pjanista professjonali u Joe Cachia li jieħu ħsieb imexxi l-kor Voices.
Data: Mit-30 ta’ Marzu pm sa l-1 ta’ April pm
Post: Mount St. Joseph Retreat House - Mosta

Imexxu: Fr Godwin Preca SJ/Marija Blanco/Joe Cachia
April 2007 | index
Retreat for Professional Men in English
This is an invitation for Professional Men to attend a 5-day retreat as preparation for Easter. On the last day of this traditional retreat a pilgrimage to our Lady of ta’ Pinu will be held.
Dates: 30 March starting at 7.00 pm through to 3 April after lunch.
Venue: Dar Manresa - Gozo
Director: Fr. Barney McGuckian, SJ, chaplain of the Pioneer Movement in Ireland.
Mejju 2007 | index
"Agħmlu dan b’tifkira tiegħi"
Dan l-irtir se jkun iffokat fuq il- Quddiesa. Permezz tiegħu nipprovaw nidħlu iktar fil-fond f’dan is-sinjal eċċezzjonali ta’ mħabba li ħallielna Ġesù b’tifkira tiegħu. Hekk inkunu nistgħu niċċelebrawha b’mod li nifhmu iktar x’inkunu qed nagħmlu meta nieħdu sehem fiha.
Data: Mill-Ġimgħa 18 ta’ Mejju fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-ħadd 20 wara l-pranzu.
Post: Dar Manresa - Għawdex
Imexxi: Fr. Ignatius Borg, STL MA DipLit DipMar DipArch, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kerçem
Lulju 2007 | index
Id-Djarju ta’ Ħajti (Intensive Journal)
Ħafna minna nixtiequ nbiddlu xi drawwiet u attitudnijiet li għandna lejn il-ħajja għax ifixkluna fl-Izvilupp ta’ maturità u integrità, imma ftit li xejn jirnexxielna. Dan aktarx iseħħ għax xi esperjenzi importanti ta’ ħajjitna, li neħtiġuhom biex nizviluppaw bħala persuni, inkunu insejnihom. Permezz tad-Djarju Intensiv (Intensive Journal), aħna nkunu nistgħu niġu f’kuntatt mill- ġdid ma’ dawn l-esperjenzi. Id-Djarju Intensiv hu proçess li juza ġabra ta’ "techniques" kif huma zviluppati u pprattikati mill-psikologu, Ira Progoff. L-għan tiegħu hu li joħloq ambjent ta’ kwiet u sigurtà flimkien, biex il-process li jintuza irawwem fina perspettivi ġodda u jibni fina certa dinamika li tgħinna nimxu ‘l quddiem fil-ħajja. L-istrateġija tad-Djarju tgħinna naħdmu b’mod specifiku fuq diversi aspetti ta’ ħajjitna: personali, socjali u spiritwali. Dan isir permezz ta’ djarju bil-miktub f’kuntest ta’ irtir-seminar u jsir f’atmosfera ta’ skiet. Min jixtieq jieħu sehem jeħtieġ li jkun ta’ certa maturità; ikun jaf jikteb u jifhem bl-Ingliz; ikun lest izomm is - skiet matul l-erbat ijiem tad-djarju
Dati: Mit-Tlieta 10 ta’ Lulju (filgħaxija) sal-Ħadd 15, wara nofs in-nhar)
Post: Mt. St. Joseph Retreat House, Mosta
Imexxi: Fr. Reno Grech, S.J.
Awwissu 2007 | index
Irtir Injazjan ta’ 8 ijiem

Irtir ta’ 8 ijiem b’direzzjoni personali minn direttrici. L-irtir huwa esperjenza intensa fit-talb, waħdek fis-skiet u l-ġabra. L-irtir huwa miftuħ għall-ewwel 8 li japplikaw. Biex tibbukkja cempel personalment lil Sr Marie Scicluna fuq in-numru 21228021 jew Mount St Joseph Retreat House 21416916.
Data: Mit-Tnejn 20/8/07 filgħdou sat-Tnejn 26/08/07 filgħaxija.
Post: Mount St. Joseph, Retreat House, Mosta

Tmexxi: Sr. Marie Sciclulna rscj.

NOTA: Id-Djar ta’ Manresa u Mt St Joseph joffru servizz ta’ diretturi tal-irtiri, kemm għal dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu rtir waħedhom, kif ukoll għall-gruppi. Għal iktar tagħrif ikkuntattja lid-Direttur.
Korrispondenza:


Għawdex:

  The Director
  Manresa Retreat House
  Triq Santa Dminka
  Victoria VCT 114
  Għawdex


  Tel: 2155 6635
  Fax: 2155 9314
  Email: manresa@vol.net.mt
  manresa@cismalta.org

Malta:

  The Director
  Mount St. Joseph Retreat House
  Tarġa Gap
  Mosta MST 11


  Tel: 21 416916
  Fax: 21 412785
  Email: mountsj@cismalta.com
  www.cismalta.org

CIS - Past years' programmes

2002/2003 CIS Programme

2003/2004 CIS Programme

2004/2005 CIS Programme

2005/2006 CIS Programme


.............................................................................................................................................................................................................................................................
 Developed by Maltaserv