............................................................................................................................................................
  2005/2006 CIS Programme

Sep 05 | Oct 05 | Nov 05 | Dec 05 | Jan 06 | Feb 06 | Mar 06 | Apr 06 | May 06 | Sep 06

 
Settembru 2005 | index
Ignatian Youth Net Work (InYgo) flimkien ma’ ĊIS se jorganizza

Irtir Igwidat għaż-Żgħażagħ

Din hija stedina miftuħa għaż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu esperjenza aktar profonda mis-soltu fit-talb personali tagħhom.  Kull persuna jkollha ħin għat-talb u riflessjoni u l-ħin kollu tkun iggwidata minn Spiritual Director Ġiżwita.  Min hu mħajjar iċempell lil Fr Jimmy Bartolo fuq 23402341 / 21332207 għal aktar informazzjoni
Post: Mount St Joseph retreat house- Mosta
Dati: Mis-7 ta’ Settembru, fis-7.00 pm sat-12, wara l-pranzu
Jiggwidaw: Frs Jimmy Bartolo SJ, Paul Pace SJ u Vincent Magri SJ

Ottubru 2005 | index
L Hawn u ‘l Hinn mal-Mulej
Immorru nimxu fil-kampanja sabiħa ta’ Għawdex biex niskopru kif nistgħu  niltaqgħu mal-Mulej fil-ħolqien, l-opra tiegħu. Għalhekk ħafna mill-attivitajiet ta’ l-irtir isiru barra.
Post: Dar Manresa – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru  fis-7.00 pm sal-Ħadd 23 ta’ Ottubru wara l-pranzu
Jiggwidaw: Mr Edward Warrington u Fr Paul Zammit SJ

Novembru 2005 | index
Kors fuq kif Nitlob aħjar bit-Temperament tal-Personalita’  tiegħi?
X’temperament għandi?  X’effett għandu t-temperament tiegħi fit-talb personali u fir-relazzjonijiet ma’ l-oħrajn?  Il- kors huwa ta’ 5 laqghat u jesplora u jispjega kif żviluppa l-istudju fuq it-temperamenti sa l-aħħar teoriji li nsibu fil-Psikoloġija llum.  Għal aktar tagħrif fuq il-kontenut tal-kors ċempel fl-uffiċju taċ-ĊIS.
Post: Mount St Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Kull nhar ta’ Erbgħa: fis-16 u 23 ta’ Novembru u fit-30 u 7 ta’ Diċembru

Hin: Kull 'session' tibda mis-7.00 pm sat-8.30 pm

Jiggwidaw: Fr Alfred Micallef SJ
Diċembru 2005 | index
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv u jgħin lill-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri lill-koppji parteċipanti opportunita’ sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru, fis-6.00 pm sal-Ħadd 11, fil-5.00 pm
Jiggwidaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Kors fuq kif Nitlob aħjar bit-Temperament tal-Personalita’  tiegħi?
X’temperament għandi?  X’effett għandu t-temperament tiegħi fit-talb personali u fir-relazzjonijiet ma’ l-oħrajn?  Il- kors huwa ta’ 5 laqghat u jesplora u jispjega kif żviluppa l-istudju fuq it-temperamenti sa l-aħħar teoriji li nsibu fil-Psikoloġija llum.  Għal aktar tagħrif fuq il-kontenut tal-kors ċempel fl-uffiċju taċ-ĊIS.
Post: Mount St Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Kull nhar ta’ Erbgħa: fis-16 u 23 ta’ Novembru u fit-30 u 7 ta’ Diċembru

Hin: Kull 'session' tibda mis-7.00 pm sat-8.30 pm

Jiggwidaw: Fr Alfred Micallef SJ
Jannar 2006 | index
Weekend Seminar (in English) on Biblical Wisdom Literature & Select Themes from the Spiritual Exercises of St. Ignatius of Loyola Irtir
One of the hallmarks of Wisdom Literature in the Bible is the emphasis on experience and its continual evaluation. Ancient Israel did not have any theory of knowledge in our modern western sense; its epistemology was essentially praxis. Indeed, received wisdom itself had to be tested via experience.  And yet, this emphasis on lived experience in no way diminished the importance of tradition.  Moreover, Israel's wisdom literature shares many characteristics with the wisdom literature of its ancient Near Eastern neighbours.  In fact, many a precept which we generally think is Christian in origin (such as the golden rule), has its origins in the wisdom tradition of the ancient Near East.  In this seminar, the wisdom literature of Israel and its neighbours are examined and compared with similar traits in the writings of St Ignatius, mainly the Spiritual Exercises with its emphasis on experience and discernment
Post: Mt St Joseph Retreat House - Mosta
Dati: From Friday 27th January, at 6.30 pm till Sunday 29th, 5.00 pm
Jiggwidaw: Prof. Anthony J. Frendo (Professor in Scripture and Biblical Archaeology)
Frar 2006 | index
Weekend Seminar:  It-Talb f’ħajti - Esperjenza li tista’ tbiddilni
It-talb ifisser ħbiberija intima bejn il-Ħallieq u l-persuna li tgħolli qalba lejH.  Din il-ħbiberija hija esperjenza ta’ mħabba reċiproka li għandha l-qawwa li tbiddlilna ħajjitna.

Dan is-seminar hu miftuħ għal dawk li diġa huma midħla tat-talb u li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond u jkabbru r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla.

Fis-seminar jiġu ttrattati temi bħal: id-difikultajiet fil-ħajja tat-talb; kif nintegraw il-ħajja tat-talb mal-ħajja ta’ kuljum; kif nagħrfu r-rieda ta’ Alla għalina….  Dan is-seminar jinkludi wkoll taħriġ prattiku individwali u qsim fi gruppi.

Post: Mount St Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 3 ta’ Frar, fis-6.00 pm sal-Ħadd 5, fil-5.00 pm     
Jiggwidaw: Il-Koppja Gordon u Josette Vassallo u Fr Reno Grech SJ
Irtir ta’ 3-Ijiem fuq kif Nesprimu t-Talb Personali bil-Persuna kollha tagħna (Embodying Prayer)
Dan l-irtir joffri opportunita’ ta’ skoperta ġdida kif nitgħallmu nitolbu billi nużaw il-persuna kollha tagħna…ruħ, moħħ u ġisem.  Il-parteċipanti jkunu mgħejjuna jesprimu t-talb personali b’espressjonijiet skond il-modijiet u t-taħriġ ta’ l-atturi tat-teatru.  L-irtir huwa miftuh għal 10 parteċipanti li jiġu ggwidati minn Ms Genevieve Mamo, ikkwalifikata fit-teatru u l-ispiritwalita’ u Ms Christine Sammut u Ms Mary Cassar, it-tnejn ikkwalifikati fl-ispiritwalita’ u l-psikoloġija.
Post: Mt St Joseph Retreat House, Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 10 ta’ Frar mid-9.00 ta’ filgħodu, sal-Ħadd 12, fil-5.00 pm
“Ruħi għatxana għalik Mulej”
Irtir għall-Irġiel biss.  Kif nqatgħu l-għatx għal Alla fil-ħajja tagħna?  Kif nitgħallmu nħallu spazju għaliH fil-ħajja mgħaġġla  tagħna?  Dan il-weekend joffri oasi ta’ skiet u ġabra sabiex nimlu l-vojt bl-ilma li jagħti l-ħajja … (Ġw Kap. 4).
Post: Mount St Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 24 ta’ Frar, fis-6.30 pm sal-Ħadd 26, fil-5.00 pm
Jiggwidaw: Fr Mario Jaccarini SJ
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv u jgħin lill-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri lill-koppji parteċipanti opportunita’ sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 24 ta’ Frar, fis-6.00 pm sal-Ħadd  26, fil-5.00 pm
Jiggwidaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Marzu 2006 | index
Special Guest Speaker from Ireland

 

“Spirituality for Managers” by Catherine McGeachy

 

A Public Lecture in English intended for managers and those in leadership positions.

The goal of this lecture is to develop an awareness of the importance of spirituality at the workplace and how this is expressed in our situations at work.

 

Date:               16th March 2006

Time:               6.30 pm – 8.30 pm

Place:              Mount St Joseph Retreat House – Mosta

 

______________________

 

“Spirituality in the Workplace” by Catherine McGeachy

 

Ms McGeachy will give a two-day workshop in English on how to bring spirituality into our workplace.  The workshop includes inputs, a slide show, practical sessions in groups, self-assessment exercises and other activities.

 

The workshop will be conducted by Ms McGeachy, a management consultant and Director of Vision Consultants Ltd. in Ireland. She is the author of the book “Spiritual Intelligence in the Workplace”.

 

For further details contact the CIS office.

 

Date:               18th – 19th March 2006

Time:               from 9.00am – 5.30 pm

Place:              Mount St Joseph Retreat House – Mosta

 

Catherine McGeachy is a Management Consultant and Director of Vision Consultants Ltd, which is dedicated to promoting the potential of human beings, individually and collectively, in the workplace.

Min hu Ġesù?
Ir-Randan huwa żmien biex nersqu iktar lejn Ġesu’ li tant ħabbna u bata għalina. F’din l-esperjenza se nipprovaw insiru nafuh iktar u nqattgħu ftit tal-ħin iktar mis-soltu miegħu.
Post: Dar Manresa – Għawdex.
Dati: Mill-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2006 fis-7.00 pm sal-Ħadd 19 wara l-pranzu.
Jiggwidaw: Ms Mary Xuereb, Ms Rosalie Scicluna u Fr Paul Zammit SJ.
“Ruħi għatxana għalik Mulej”
Irtir għan-Nisa biss.  Kif nqatgħu l-għatx għal Alla fil-ħajja tagħna?  Kif nitgħallmu nħallu spazju għaliH fil-ħajja mgħaġġla  tagħna?  Dan il-weekend joffri oasi ta’ skiet u ġabra sabiex nimlu l-vojt bl-ilma li jagħti l-ħajja … (Ġw Kap. 4).
Post: Mount St Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 24 ta’ Marzu, fis-6.30 pm sal-Ħadd 26, fil-5.00 pm
Jiggwidaw: Minn Sr Marie Scicluna rcsj.
Irtir għall-Professjonisti (Koppji) bil-Malti
Dan huwa appuntament ta’ kull sena bi tħejjija ghall-Għid ghall-koppji tal-professjonisti u tal-ħbieb tagħhom.
Post: Dar Manresa – Għawdex (Għal dan l-irtir ma  nistgħux nilqgħu iktar minn 15-il koppja.)
Dati: Mill-Ġimgħa 24 ta’ Marzu fis-7.00 pm sal-Ħadd 26 wara l-pranzu.
Jiggwidaw: Fr Vincent Magri SJ
Irtir għall-Professjonisti bil-Malti
Dan huwa rtir li jsir ta’ kull sena, li jinkludi pelegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-aħħar jum tiegħu
Post: Dar Manresa – Għawdex
Dati: Mill-Ħamis 30 ta’ Marzu fis-7.00 pm sat-Tnejn 4 ta’ April wara l-pranzu.
Jiggwidaw: Fr Ray Pace SJ
April 2006 | index
 “Kif ngħix Dejjem fil-Paċi ta’ Kristu”
Seminar nhar l-Erbgħa qabel il-festa tad-Duluri.  Għaliex nitilfu daqshekk malajr il-paċi tal-qalb, meta mhux ukoll il-paċi ma’ l-oħrajn?  F’dan is-Seminar infittxu l-għeruq tal-vera paċi u naraw x’rabta hemm bejn dil-paċi u l-verita’ fuqna nfusna u fuq l-oħrajn.
Post: Mt St Joseph Retreat House - Mosta   
Dati: l-Erbgħa 5 ta’ April 2006
Jiggwidaw: Fr Arthur Vella SJ Fr Arthur Vella SJ
Guest Retreat Director from Ireland

Retreat for Professional Men in English

 

Lent is a time of preparation for the solemn celebration of the Lord’s victory over sin and death. It is a special time of grace and reconciliation. Every year Manresa House offers a 5-day retreat in English to members of the professions. On the last day the retreatants go on a pilgrimage to the shrine of Our Lady of Ta’ Pinu.

 

Dates:   The retreat starts on 7 April 2006 at 7.00 pm and finishes on Tuesday 11 after lunch.

Director:Fr Paul Andrews SJ

Place:   Manresa House – Gozo

 

 

Fr Andrews is an Irish Jesuit and the superior of Manresa Retreat House  in Dublin, Ireland. Fr Andrews is a psychologist, a counsellor and a writer, with a long experience in the giving of the Spiritual Exercises.

 

 Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv u jgħin lill-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri lill-koppji parteċipanti opportunita’ sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta 
Dati: Mill-Ġimgħa 28 ta’ April, fis-6.00pm sal-Ħadd 30, fil-5.00pm
Jiggwidaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Mejju 2006 | index
Il-Ħniena ta’ Alla dehret f’Marija
Nikkontemplaw flimkien l-imħabba ta’ Alla għalina permezz ta’ l-ikoni. Fr. Gerard Buhagiar, saċerdot u għalliem fis-Seminarju ta’ Għawdex, li studja ħafna fuq il-madonna, jaqsam magħna l-ġmiel ta’ l-ikoni li jkellmuna fuq Ommna tas-sema. Esperjenza rikka ħafna li ġġibna f’kuntatt ma’ l-arti u t-teoloġija f’atmosfera ta’ talb.
Venue: Dar Manresa – Għawdex
Dates: Mill-Ġimgha 5 ta’ Mejju 2006 fis-7.00 pm sal-Ħadd 7 wara l-pranzu.
Directors: Fr Gerard Buhagiar

Irtir ta’ Weekend għall-persuni sseparati
Is-separzzjoni fiż-żwieġ qatt mhi ġrajja feliċi.  It-tbatija u t-trawma jġibu magħhom krizi profonda u tolqot ir-relazzjoni ma’ Alla wkoll.  Dan il-Weekend joffri spazju u ambjent lill-persuni sseparati biex jaqsmu l-weġgħat tagħhom.  Il-parteċipanti jkollhom eżerċizzji spiritwali bi kreattivita.  Ikun hemm ħin għat-talb personali u flimkien u ta’ sharing fil-grupp.     Il-Weekend miftuħ għall-ewwel 15-il persuna li jibbukkjaw.
Post: Mount St. Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fis-6.00 pm sal-Ħadd 7, fil-5.00 pm
Jiggwidaw: Fr. Vince Magri S.J., Ms Mary Cassar u Ms Polly Schembri
Settembru 2006 | index
Irtir Injazjan ta’ 8 Ijiem
Irtir ta’ 8 ijiem b’direzzjoni personali minn Sr Marie Scicluna rcsj.  L-irtir huwa intiż għal dawk li huma kapaċi jitolbu waħedhom fis-skiet u l-ġabra.  L-irtir huwa miftuħ għall-ewwel 8 li japplikaw.  Biex tibbukkja ċempel lil Sr Marie fuq in-numru 21 228 021
Post: Mount St. Joseph, Retreat House, Mosta.
Dati: Mit-Tnejn 4 ta’ Settembru, mid-8.30 am sat-Tnejn 11, wara l-pranzu
Jiggwidaw: Sr Marie Scicluna (Society of the Sacred Heart)

LINK MA’ INTERNET

Ftit Minuti ta’ Talb fuq l-Internet

www.maltajesuitretreats.com/spazjusagru

 

Ieqaf itlob għal ftit ħin quddiem l-monitor tal-kompjuter.  Fittex u għarrex f’din il-webpage li toffrilek ftit spazju ta' ġabra.  Tkun qiegħed tingħaqad ma’ ħafna oħrajn f’ħafna pajjizi li jillinkkjaw ma’ din il-paġna ta’ meditazzjoni Injazjana b’diversi lingwi, fosthom il-Malti.

 

  KORRISPONDENZA

Għawdex:

The Director: Fr. Paul Zammit S.J. 

manresa@vol.net.mt 

Manresa Retreat House

Triq Santa Dminka

Victoria VCT 114, Għawdex

Tel.      21 556635

Fax      21 559314

E-mail:  manresa@maltajesuitretreats.com  

 

Malta:                                

The Director: Fr Alfred Micallef S.J.

alfred.j.micallef@um.edu.mt  

 

Mount St. Joseph Retreat House

Tarġa Gap

Mosta MST 11

Tel.      21 416916

Fax      21 412785

E-mail:  mountsj@maltajesuitretreats.com 

 

ĊIS:

The Director: Fr Vincent Magri S.J.

vince@maltajesuitretreats.com  jew  vinmag@waldonet.net.mt

Centre of Ignatian Spirituality (CIS)

Mob.   99864561

Tel.      21 344349

Fax.     21 310564

E-mail: cis@maltajesuitreteats.com

 

 

Biex tirċievi l-e-Newsletter taċ-Ċentru ta’ Spiritwalita Injazjana (CIS)

li toħroġ fil-bidu ta’ kull xahar ibgħat liċ-CIS Director din l-informazzjoni:

Isem, Indirizz, Tel. No., Mob. No., E-mail address 

jew inkiteb 'online' hawnhekk



.............................................................................................................................................................................................................................................................
 Jesuits    Developed by Maltaserv