............................................................................................................................................................
  2003/2004 CIS Programme

Nov 03 | Dec 03 | Jan 04 | Feb 04 | Mar 04 | Apr 04 | May 04 | Jun 04 | July 04 | Aug 04 | Sep 04 | Oct 04

 
Novembru 2003 | index
Niltaqgħu ma’ Alla fin-natura
Wara s-suċċess tas-snin ta’ qabel, erġajna qed noffru din l-esperjenza ta’ tfittxijja ta’ Alla permezz tal-Ħolqien. Malta u Għawdex huma gżejjer imdawrin bil-baħar. Mis-seħer tal-baħar fl-aspetti kollha tiegħu naslu biex nokkontemplaw il-misteri tal-Ħallieq. Attivita` miftuħa għall-ewwel 19-il parteċipant.
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 28, fis-7.00pm sal-Ħadd 30, wara l-pranzu
Imexxu: Dr.Edward Warrington u Fr.Paul Zammit SJ
Diċembru 2003 | index

Ġie fqir – Tħabat għall-ġustizzja

Jumejn ta’ tħejjija għall-misteru tat-Twelid ta’ Kristu. Alla għamel għażla ċara meta sar bniedem. Għażel kundizzjonijiet ta’ ħajja u warrab oħrajn. Dan għandu tifsira speċjali għalina. Għalhekk flimkien naħsbu u nitolbu fuq il-messaġġi li Alla jrid jagħti u naraw l-għażliet tagħna fid-dawl ta’ dan kollu. Din l-attivita` hija miftuħa għall-ewwel 17-il parteċipant.
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 5, fis-7.00pm sal-Ħadd 7, wara l-pranzu
Imexxu: Fr. Paul Zammit S.J u Ms Rosalie Scicluna

Ġurnata ta’ riflessjoni għall-għalliema. Preparazzjoni għall-Milied

L-Għalliema għandhom il-missjoni sabiħa, imma diffiċli, li jiffurmaw il-karattru ta’ l-istudenti. F’dan il-jum flimkien, naqsmu bejnietna l-mezzi u l-opportunitajiet li għandna f’idejna… fid-dawl tal-Inkarnazzjoni… Kristu ġie fostna bħala l-aqwa Għalliem tal-bniedem. Il-‘booking’ jagħlaq fil-5 ta’ Diċembru.
Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: 13 ta’ Diċembru mid-9.00am sal-5.00pm (bl-Ewkaristija)
Imexxi: Fr.Harry Formosa SJ

Irtir għall-Miżżewġin

Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-koppji miżżewġa biex jirreflettu fuq il-ħajja miżżewġa mill-aspett tal-fidi. L-Irtir hu miftuħ għall grupp ta’ 8 koppji. Din l-esperjenza toffri lill-koppji ħin għat-talb waħedhom u flimkien mal-grupp. Din hija opportunita` sabiex il-koppja tiġġedded fir-relazzjoni u jikbru fl-imħabba ta’ Alla u ta’ xulxin
Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru fis-6.00pm sal-Ħadd 14, fil-5.00pm
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti ma’ Fr.Vincent Magri SJ
Jannar 2004 | index

The nation and experience of grace, and select themes from the Spiritual exercises of Saint Ignatius

This seminar is a biblically-oriented existential approach to the difficult but wonderful theme of grace. God's mercy as revealed in the Bible constitutes the foundation of all His gifts to us - not least that of Himself. One focal point will be that of Saint Paul's notion that God has loved us in an absolute manner and thoroughly free of charge, thus without our having merited His accepting us and thereby His transforming us into a 'new creation'.

Select themes from the Spiritual Exercises of Saint Ignatius will throw a helpful light on the existential aspects of grace in our own daily lives. There will be a time for reflection and prayer as well as for group discussion. The seminar will be conducted in English.

Venue: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dates: From Friday 23rd 7.00pm to Sunday  25th pm
Conducted: Professor Anthony J. Frendo
Frar 2004 | index

Il-fidi u t-Talb. Seminar ta’ ġurnata

“Jiena nemmen għax nitlob” (Karl Rahner)

F’dan is-Seminar naraw ir-rabta li hemm bejn il-vera fidi u t-talb u naraw x’jista` jilludina kif ukoll x’għandu jgħinna biex ngħixu tabilħaqq dawn iż-żewġ realtajiet li juru li aħna tabilħaqq insara u dixxipli ta’ Ġesu` Kristu.

Naraw kif nistgħu negħlbu xi diffukiltajiet li jtellfuna fil-mixja tal-ħajja nisranija u kif nistgħu ngħixu aħjar skond kif jixtieqna ngħixu l-Mulej.

Venue: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dates: Mis-Sibt 14 ta’ Frar mid-9.00am sal-5.00pm
Imexxi: Fr Arthur Vella SJ

Irtir għall-Miżżewġin

Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-koppji miżżewġa biex jirreflettu fuq il-ħajja miżżewġa mill-aspett tal-fidi. L-Irtir hu miftuħ għall grupp ta’ 8 koppji. Din l-esperjenza toffri lill-koppji ħin għat-talb waħedhom u flimkien mal-grupp. Din hija opportunita` sabiex il-koppja tiġġedded fir-relazzjoni u jikbru fl-imħabba ta’ Alla u ta’ xulxin
Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 13 ta’ Frar fis-6.00pm sal-Ħadd 15, fil-5.00pm
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti ma’ Fr.Vincent Magri SJ

Irtir għall-ħaddiema, l-aktar dawk tal-lukandi

Billi dan huwa żmien aktar kwiet fil-lukandi u fit-turiżmu, qed noffru dawn il-jumejn fil-kwiet, mistrieh u talb
Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 27 fis-7.00pm sal-Ħadd 29 wara l-pranzu
Imexxu: Fr Paul Deguara SJ
Marzu 2004 - Tħejjijiet għall-Għid Imqaddes | index

Baqa’ Magħna!

Bi tħejjija għall festa tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesu`, se nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq l-Ewkaristija, realta` li permezz tagħha jiġġedded dan il-misteru kbir. Ikun hemm talb f’diversi forom u taħdidiet fuq l-Aħħar Ċena kif ukoll qsim ta’ esperjenzi.

Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 5 fis-7.00pm sal-Ħadd 7 wara l-pranzu
Imexxu: . Lawrence Sciberras, Ms Rosalie Scicluna u Fr.Paul Zammit SJ

Irtir għall-Miżżewġin

Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-koppji miżżewġa biex jirreflettu fuq il-ħajja miżżewġa mill-aspett tal-fidi. L-Irtir hu miftuħ għall grupp ta’ 8 koppji. Din l-esperjenza toffri lill-koppji ħin għat-talb waħedhom u flimkien mal-grupp. Din hija opportunita` sabiex il-koppja tiġġedded fir-relazzjoni u jikbru fl-imħabba ta’ Alla u ta’ xulxin
Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 12, fis-6.00pm sal-Ħadd 14, fil-5.00pm
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti ma’ Fr.Vincent Magri SJ
Seminar “L-IMĦABBA TAF DEJJEM TISTABAR U TĦENN” (I Korintin, 13,4)

F’dan l-Innu ta’ l-Imħabba li San Pawl kiteb lill-Insara ta’ Korintu nsibu x-xejriet kollha ta’ l-imħabba nisranija, dik l-imħabba li Ġesu` ġie biex jgħallimna u li tagħha tana l-ikbar eżempju u xhieda.

F’dan is-Seminar bi ħsiebna nuru l-aktar kif is-sabar u l-paċenzja huma meħtieġa biex wieħed jew waħda tħobb; nuru wkoll id-diffikultajiet serji li jistgħu jinqalgħu meta dan is-sabar jew paċenzja jaslu fit-tarf… għalhekk naraw ukoll liema huma dawk l-għajnuniet li għandna bżonn biex f’dawn id-diffikultajiet l-imħabba tagħna nisranija mhux tiddgħajjef iżda tissaħħaħ u tikber

Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: It-Tlieta (qabel il-festa tad-Duluri) 30 ta’ Marzu, mis-6.00 sat-8.30pm
Imexxi: Fr Arthur Vella SJ
April 2004 | index

Il-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kwiet u l-Ġabra

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa Mount St.Joseph se tkun miftuħa biss għal dawk li jixtiequ jqattgħu xi ġranet jekk mhux il-ġimgħa kollha fis-skiet u l-ġabra. L-Għid hu żmien importanti fil-ħajja tal-fidi tagħna. Din l-esperjenza se tkun moment ta’ waqfa biex nirreflettu fuq il-Misteru tal-Fidwa tal-Mulej Ġesu`. Ikun hawn iċ-ċelebrazzjoni tat-Tridu Paskwali. Min jixtieq jattendi ser ikollu l-possibilta` ta’ gwida akkumpanjatur fit-talb personali tiegħu / tagħha.

Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mit-Tnejn 5 sas-Sibt il-Għid 10
Imexxu: Fr Paul Chetcuti SJ, Fr Vincent Magri SJ flimkien ma’ tim ta’ akkumpanjaturi għat-talb

Workshop: Ħarsa fil-fond fuq ħajti. L-‘Intensive Journal’

L-‘Intensive Journal’ hu proċess li juża ġabra ta’ ‘techniques’ żviluppati mill-psikologu Ira Progroff. Dawn it-‘techniques’ jew aħjar eżerċizzji jgħinuna naħdmu fuq diversi aspetti ta’ ħajjitna. Permezz t’hekk niġu f’kuntatt ma’ esperjenzi li nkunu nsejnihom jew warrabnihom għax huma ta’ xkiel. Dan il-‘workshop’ jgħin fl-iżvilupp u l-maturita` tal-persuna li tieħu sehem fih.

Il-‘workshop’ huwa miftuħ għal 25 parteċipant li huma tassew motivati. Is-seminar ikun bil-Malti iżda min jattendi jrid ikun jaf ukoll l-Ingliż

Post: Mount St.Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mil-Erbgħa 14, filgħaxija sal-Ħadd 18 ta’ April
Imexxi: Fr Reno Grech SJ
Mejju 2004 | index

Mixja ta’ Fidi ma’ Marija

Jumejn ta’ talb u reflessjoni ma’ Marija. It-taħdidiet u t-talb isiru fi knejjes u postijiet differenti f’Għawdex. Matul iż-żjarat ikollna ċans li nirriflettu u nitolbu. Il-‘booking’ miftuħ sat-2 ta’ Mejju.

Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 14 fis-7.00pm sal-Ħadd 16 wara l-pranzu
Imexxu: Ms Rosalie Scicluna u Fr Paul Zammit SJ
Ġunju 2004 | index

8-day Ignatian directed retreat in English

This is a personally directed retreat. A shorter retreat is also possible. This is a means of discovering the Lord's loving plan for us. Places available 10 max. Bookings close on the 15th of May.

Irtir Injazjan ta’ 8 ijiem bil-Malti

Din hija esperjenza ta’ talb personali bl-għajnuna ta’ direttur. Ma jkunx hemm konferenzi. Min jixtieq jista’ jagħmel inqas ġranet. Isir fis-silenzju. Miftuħ għal 10 persuni biss. Il-‘booking’ jagħlaq fil-15 ta’ Mejju

Post: Manresa Retreat House – Gozo
Dati: From Monday 13th June, 7.00pm to Monday 21st after lunch
Imexxu: Fr Paul Deguara SJ and Fr Paul Zammit SJ
Lulju 2004 | index

Irtir Injazjan ta’ 8 ijiem

Din hija esperjenza ta’ talb personali bl-għajnuna ta’ direttur. Ma jkunx hemm konferenzi. Min jixtieq jista’ jagħmel inqas ġranet. Isir fis-silenzju. Miftuħ għal 8 persuni biss. Biex tibbukkja ċempel lil Fr Harry Tel: 21 827 323

Post: Retreat Centre, Convent of the Sacred Heart, St Julian's
Dati: Mill-Ħadd 11, fis-6.00pm sad-19 wara nofs in-nhar
Imexxi: Fr Harry Formosa SJ
Awissu 2004 | index

Irtir Injazjan ta’ 8 ijiem

Irtir ta’ 8 ijiem b’direzzjoni personali minn direttriċi. Din hija esperjenza profonda ta’ talb waħdek fis-skiet u l-ġabra. L-irtir miftuħ għall-ewwel 8 li japplikaw. Biex tibbukkja ċempel lil Sr Marie fuq dan in-numru 21 228 021

Post: Retreat Centre, Convent of the Sacred Heart, St Julian's
Dati: Mill-Erbgħa 18, filgħodu sa l-Erbgħa 25 wara nofs in-nhar
Tmexxi: Sr Marie Scicluna RSCJ

Settembru 2004 | index

Irtir għall-Għalliema

Qabel tibda s-sena skolastika qed noffru dan iż-żmien ta’ talb u reflessjoni fuq il-missjoni tal-għalliem. Il-‘bookings’ sa l-ewwel ta’ Settembru

Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 10 fis-7.00pm sal-Ħadd 12 wara l-pranzu
Imexxi: Fr Paul Deguara SJ

Ottubru 2004 | index

Irtir għall-Ħaddiema

Stedina għal jumejn fil-kwiet, mistrieħ u talb. Din l-esperjenza toffri l-okkażjoni għal min irid li jiftaħ qalbu mad-direttur. Il-‘booking’ miftuħ sal-15 ta’ Ottubru

Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 29 fis-7.00pm sal-Ħadd 31 wara l-pranzu
Imexxi: Fr Paul Deguara SJ


.............................................................................................................................................................................................................................................................
 Jesuits    Developed by Maltaserv