............................................................................................................................................................
 

2008/2009 CIS Programme

Ott 08 | Nov 08 | Diċ 08 | Jan 09 | Frar 09 | Mar 09 | Apr 09 | Mej 09 |    

 
Irtir ta’ ‘weekend’ għall-miżżewġin

Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
 
Data :           Mill-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru 2008, fis-7.00 p.m. sal-Ħadd, 5 ta’ Ottubru fl-4.00 p.m.
Imexxu:         Il-koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri, SJ
Post:             Dar Manresa, Victoria, Għawdex
Parteċipanti:  Mhux aktar minn 8 koppji
 
Irtir fuq il-Quddiesa

Kull irtir, bħall-ħajja Nisranija, għandu bħala ċentru l-Ewkaristija. Dan l-irtir mhux biss hekk, imma t-talb stess u r-riflessjoni jsiru fuq il-Quddiesa: il-bażi teoloġika tagħha; it-tifsira ta’ kull parti; il-miġemgħa; il-Kelma ta’ Alla; l-offerti; il-kliem ta’ Ġesù fl-aħħar Ċena; it-Tqarbin; u, fl-aħħar, kif ngħixu l-Quddiesa fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk nittamaw li nidħlu dejjem iżjed fil-fond ta’ din l-azzjoni li ħallielna Ġesù biex nagħmluha b’tifkira tiegħu.
 
Data:             Mill-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru fis-6.00 p.m. sal-Ħadd 26 ta’ Ottubru wara l-pranzu
Imexxi:          Fr Mario Jaccarini, S.J.
Post:             Mount St Joseph Retreat House, Mosta
 
 
 
Nitolbu bl-Evanġelju (Is-Sibtijiet ta’ matul l-Avvent)
Dati:      Is-Sibtijiet: 29 ta’ Novembru, 6, 13, u 20 ta’ Diċembru 2008 mill-4.00 sat-8.00p.m.
Imexxu; Fr Alfred Micallef, S.J. u Fr Mario Jaccarini, S.J.
Post:     Mount St Joseph Retreat House, Mosta
 
 
 
Inħejju ruħna biex nilqgħu lil Dak li ġej

Nixtieq nistiednek biex tiġi ghal dan l-irtir bi tħejjija ghaċ-ċelebrazzjoni tal-ġrajja l-aktar importanti fl-istorja tal-bniedem, it-Twelid tal-Iben ta’ Alla, il-Feddej. Ejja mhux biex tisma’ tagħrif ġdid iżda biex titlib, għax fit-talb biss nistgħu nilqgħu lill-Mulej Ġesù kif jixraqlu.
 
Data:     Mill-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru, 2008 fis-7.00 p.m., sal-Ħadd, 14 ta’ Diċembru wara l-pranzu.
Imexxi:  Fr Victor Degabriele, S.J.
Post:     Dar Manresa, Victoria, Għawdex
 
Irtiri ta’ ‘Weekend’ għall-Miżżewġin

Il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
 
Data: Mill-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru, 2008, fis-6.00 p.m. sal-Ħadd 14 ta’ Diċembru, fil-5.00 p.m.
Jiffaċilitaw:   Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Post:           Mount St. Joseph Retreat House, Mosta
Parteċipanti: Mhux aktar minn 8 koppji.
 
 
 
Nofs ta’ nhar ta’ riflessjoni fuq kif nuża l-immaġinazzjoni fit-talb (Kontemplazzjoni Injazjana)

Tul dan in-nofs ta’ nhar ser naraw kif nistgħu nitolbu bl-Iskrittura billi nużaw l-immaġinazzjoni tagħna.
 
Data :    17 ta’ Jannar 2009 mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. (bl-ikel inkluż)
Tmexxi : Ms Mary Clare Camilleri
Post :     Mount St Joseph Retreat House, Mosta.
 
 
 
San Pawl u San Injazju: Żewġ pellegrini fuq il-passi ta’ Ġesù

F’dan il-‘weekend’ nirriflettu u nitolbu fis-skiet fuq dawn iż-żewġ qaddisin li sabu triqthom fil-mixja taghhom wara Kristu. Fost affarijiet oħra nikkoncentraw fuq is-sitwazzjoni, is-sejħa, id-dixxerniment, u l-għażla tagħhom.
 
Data:       Mill-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2009 fis-7.00 p.m. sal-Ħadd 15 ta’ Frar wara l-pranzu.
Imexxi:    Fr Pierre Grech Marguerat, S.J.
Post:      Mount St Joseph Retreat House, Mosta.
 
Irtiri ta’ ‘Weekend’ għall-Miżżewġin

Il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
 
Data:            Mill-Ġimgħa 13 ta’ Frar, 2009, fis-6.00 p.m sal-Ħadd 15 ta’ Frar, fil-5.00 p.m.
Jiffaċilitaw:    Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Post:            Mount St. Joseph Retreat House, Mosta
Parteċipanti: Mhux aktar minn 8 koppji.
 
Ir-Randan: żmien ta’ konverżjoni. Irtir fis-skiet bi tħejjija għar-Randan.
 
Data:         Mill-Ġimgha, 20 ta' Frar, 2009, fis-7.00 p.m., sal-Ħadd 22 ta’ Frar wara l-pranzu.
Imexxi:      Fr. Nazju Borg, STL MA, Dip. Lit., Dip. Mar., Dip. Arch., Kappillan ta’ San Lawrenz.
Post:         Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 
 
 
The Song of Songs and select Themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius of Loyola

The Song of Songs is a collection of love songs attributed to Solomon, although in reality it is an anonymous work of the post-exilic period. It was accepted into the Jewish and Christian canon mainly on the grounds of allegorical interpretation, namely the love songs were deciphered as a symbol of the love between God and his people. In reality, the Song is a celebration of the God-given gift of human love between a man and a woman in all its aspects, from the sexual to the highly emotional, and it is debatable whether God’s name even features at all in these Hebrew poems.

In this weekend seminar, the theme of human love will be explored through an examination of the Song, and its hallmarks will be linked to select themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius.

Professor Anthony J. Frendo, Head of the Department of Arabic and Near Eastern Studies at the University of Malta, lectures on Ancient Near Eastern Studies. His special interests lie in Biblical Hebrew, the Bible, and Near Eastern Archaeology (mainly Biblical Archaeology). He is also interested in Ignatian Spirituality.

This seminar will be conducted in English
 
Date:        Friday 6th March 2009 at 6.30 p.m till Sunday 8th at 5.00 p.m.
Given by:  Prof. Anthony J. Frendo
Place:      Mt St Joseph Retreat House, Targa Gap, Mosta.
 
Irtir għall-Professjonisti

Dan l-irtir, li għandu storja twila, hu miftuħ għall-professjonisti individwali. Dan l-irtir isir bil-Malti.
 
Data:      Mill-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu, 2009 fis-700 p.m. sal-Ħadd, 22 ta’ Marzu, wara l-pranzu.
Imexxi:   Fr Pierre Grech Marguerat, S.J.
Post:      Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 
Irtir għall-koppji Professjonisti:

Dan l-irtir huwa indirizzat lill-koppji professjonisti u għandu jsir bil-Malti.
 
Data :    Mill-Ġimgħa, 27 ta ‘ Marzu, 2009 fis-7.00 p.m. sal-Ħadd, 29 ta’ Marzu  wara l-pranzu.
Imexxi : Fr. Arthur Vella, S.J.
Post:     Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 
Kif nilqgħu u ngħixu l-Provi tal-Ħajja?

Ta’ spiss nistaqsi: “Għaliex tant provi u provi ibsin f’ħajjitna?” Dawn jistgħu jibnuna jew ikissruna! F’dan is-seminar nirriflettu fuq kif in-Nisrani, id-dixxiplu ta’ Kristu, hu msejjaħ jaffronta dawn il-provi u kif iressquh u jgħaqqduh aktar ma’ Kristu u ma’ ħutu l-bnedmin.
 
Data: L-Erbgħa 1 ta’ April, 2009, mis-6.00 p.m sat-8.00 p.m.
Imexxi : Fr Arthur G. Vella, S.J.
Post: Mount St Joseph retreat House, Mosta
 
 
 
Irtir għall-Professjonisti bit-Taljan:

Din hija stedina għall-Professjonisti individwali rġiel biex jieħdu sehem f’irtir ta’ ħamest ijiem. Dan l-irtir, li għandu tradizzjoni twila u ilu jsir regolarment għal ħafna snin huwa mument eċċellenti ta’ tħejjija għall-festa ta’ l-Għid il-Kbir. Fl-aħħar ġurnata ta’ dan l-irtir isir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fejn l-irtir jispiċċa biċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija.
 
Data :    Mill-Ġimgħa, 3 ta’ April, 2009, fis-7.00 p.m. sat-Tlieta, 7 ta’ April wara l-pranzu.
Imexxi : Padre Gianni Notari, S.J. (Superjur taċ-‘Centro Studi Sociali’, Palermo)
Post :    Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 
‘Lectio Divina’

Il-‘Lectio Divina’ hi metodu qadim u dejjem ġdid ta’ qari spiritwali tal-Kotba Mqaddsa, ta’ talb bil-Bibbja. Il-‘Lectio Divina’ fiha erba’ stadji : 1. Il-‘Lectio’ (il-qari), 2. Il-‘Meditatio’, (il-meditazzjoni), 3. L-‘Oratio’, (it-talb), 4. Il-‘Contemplatio’, (il-kontemplazzjoni). Dan hu bħal sellum, magħmul minn erba’ skaluni, li bih nitilgħu mill-art lejn is-sema. Saqajh iserrħu fuq l-art, imma l-quċċata tiegħu tinfed is-sħab u tgħarrex is-sigrieti tas-sema. (Guigo c-Certosin).
Dan se jkun irtir fis-silenzju li fih nitgħallem nitlob bil-‘Lectio Divina’.
 
Data:    Mill-Ġimgħa, 24 ta’ April, 2009 fis-7.00 p.m. sal-Ħadd, 26 ta’ April wara l-pranzu.
Imexxi: Fr. Alex Refalo
Post:    Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 
 
 
Irtir fil-Kampanja: Wiċċ imb'wiċċ ma' Ġesù Rxoxt

Ma kienx faċli għad-dixxipli li jagħrfu lil Ġesù meta qam mill-mewt. Darba ħasbuh fantażma; drabi oħra ma għarfuh xejn; kemm-il darba beżgħu meta indunaw min kien. Għarfuh fil-qsim tal-ħobż, jew mill-marki ta' l-imsiemer f'idejh u saqajh. U qalbhom baqgħet titħeġġeġ meta semgħuh ikellimhom. F'dan l-irtir, naqsmu mad-dixxipli l-esperjenza ta' Ġesù imqajjem mill-mewt: Magħhom naraw x'jista' iżommna milli nagħrfuh, u flimkien mal-Knisja f' dan iż-żmien tal-Għid, nifirħu bir-rebħa tal-ħajja fil-milja tagħha.

Dan l-irtir huwa intenzjonat għall-familja kollha. Ser ikun adattat sew għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal.
 
Data:     Mill-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2009 fis-7.30 p.m.sal-Ħadd 10 ta’ Mejju wara l-pranzu.
Imexxu: Dr. Edward Warrington u Fr Paul Zammit, S.J.
Post:     Dar Manresa, Victoria, Għawdex
 
NOTA: Id-Djar ta’ Manresa u Mount St Joseph joffru servizz ta’ diretturi tal-irtiri, kemm għal dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu irtir waħedhom, kif ukoll għall-gruppi. Għal iktar tagħrif ikkuntattja lid-Diretturi.
 
Korrispondenza:
 
Għawdex:
      The Director
Manresa Retreat House
Triq Santa Dminka
Victoria VCT 9037
Għawdex
Tel: 21556635
Fax: 21559314
Email: manresa@vol.net.mt
 
Malta
The Director
Mount St Joseph Retreat House
Tarġa Gap
Mosta MST 9072
Tel: 21416916
Fax: 21412785
Email:
info@mtsjoseph.org
Web: 
www.mtsjoseph.org

The Director
Centre of Ignatian Spirituality
Email:
director@cismalta.org
Web: 
www.cismalta.org
CIS - Past years' programmes

2002/2003 CIS Programme
2003/2004 CIS Programme

2004/2005 CIS Programme

2005/2006 CIS
Programme
2006/2007 CIS Programme
2007/2008 CIS Programme

Back to Top INDEX


.............................................................................................................................................................................................................................................................
 Developed by Maltaserv