Jimpurtani

Bejn it-23 u l-24 ta' Ottubru, fis-Seminarju tal-Virtu', ir-Rabat, ġie organizzat is-seminar ‘Jimpurtani’. Matul dan is-seminar ġie ippreżentat il-manwal X'jimpurtani li għandu bħala skop li jwassal it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja liż-żgħażagħ. 

Iktar minn 35 persuna ħadu sehem f'dan is-seminar li kien jinkludi mumenti ta' talb, ta' sharing, kif ukoll ta' attivitajiet flimkien. Il-manwal "X'jimpurtani" fih għaxar laqgħat dwar l-impatt tal-medja, il-fair trade, il-faqar, l-immigrazzjoni, il-politika, l-ambjent, ix-xogħol u l-gwerra. Dan il-manwal huwa bbażat fuq il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knsija imma jista’ jiġi addattat għall-gruppi kollha. L-għan ewlieni hu li jgħin liż-żgħażagħ jikbru f’ċittadini responsabbli u b’kuxjenza soċjali.

Dawn l-għaxar laqgħat joffru mezzi ta’ kif tanima laqgħat interessanti u interattivi għaż-żgħażagħ permezz ta’ eżerċizzi, vidjos, mużika, preżentazzjonijiet u mumenti ta’ talb.  Dawn l-esperjenzi jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fi vjaġġ fejn jiskopru, jirriflettu u jiddiskutu r-realtajiet varji fis-soċjeta’ tagħna u jagħmlu xi ħaġa dwarhom kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta’ grupp. 

Dan huwa proġett mtella’ miċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja tal-Ġiżwiti, b’appoġġ tal-KDŻ  u tal-SIS-VO fund.

Agħfas hawn biex tniżżel il-verżjoni PDF tal-ktejjeb X'jimpurtani.

Lura għal Homepage

  


Back to overview

facebook youtube twitter flickr