Irtir fis-Silenzju

Il-'Jesuit Youth Network', in-Network Injazjan taż-Żgħażagħ qiegħed joffri għal darb’oħra irtir fis-silenzju għal żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena

  • biex tagħraf tgħix iktar fil-preżenza ta’ Alla
  • biex tagħraf x’direzzjoni Alla jixtieqek tieħu f’ħajtek

L-irtir jingħata minn Ġiżwiti u lajċi mħarrġa fid-Direzzjoni Spiritwali.

Dan hu ċ-ċans biex tagħmel irtir bis-serjetà

  • laqgħa mill-qrib ma’ Alla
  • bid-direzzjoni spiritwali individwali
  • ma’ oħrajn li qed ifittxu lil Alla fis-skiet

Kull min jagħmel l-irtir jimxi bil-pass tiegħu.

Ikollna wkoll mumenti komuni ta’ talb flimkien. 

L-irtir tal-Jesuit Youth Network 2015 se jsir f’Manresa House, Triq Santa Dminka, r-Rabat, Għawdex.

Nibdew il-Ġimgћa, 27 ta’ Frar għas-6pm, 

Nagħlqu l-Ħadd, 1 ta’ Marzu, fit-3pm

Ħlas tal-parteċipazzjoni: €55

*Jekk tixtieq tieħu sehem imma għandek diffikultà minħabba l-ħlas, kellimna biex noffrulek l-opportunità xorta waħda.

Jekk jogħġbok ibghat l-applikazzjoni flimkien mal-ħlas sat-13 ta’ Frar 2015 lil Jesuit Youth Network, Jesuit Provincial Offices, 78 Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067, MALTA. 

Cheques huma pagabbli lil Jesuit Youth Network. Il-postijiet huma limitati u f’każ ta’ bżonn jintuża l-kriterju ta’ 'first come first served'.

Applikazzjoni 


Back to overview

facebook youtube twitter flickr