Programm Tal-Attivitajiet Matilda is-sena 2014/2015

Programm tal-attivitajiet li se jsiru f’Dar Manresa, Victoria matul is-sena  2014/2015   

SETTEMBRU:

1.  Workshop:  Ħarsa fil-fond fuq ħajtek u fejn sejjer 

     (DIP: Intensive  Journal Method  ta’  Ira Progoff)

     Din hi esperjenza li tuża ġabra ta’ għajnuniet, permezz ta’ dak li tikteb inti stess fid-djarju, megħjun mill-metodu jew teknika tal-‘Intensive  Journal’.  Dawn jgħinuk issir taf iżjed fuq ħajtek:  ir-relazzjonijiet personali tiegħek,  l-interessi tax-xogħol tiegħek jew oħrajn iktar speċjali, il-fiżiku tiegħek u saħħtek, dak li tgħaddi minnu, il-ħolm u s-sens ta’ ħajtek.

 

     Din l-esperjenza (id-DIP), tgħinek ikollok iktar kuxjenza f’dak li tinqasam ħajtek, jgħaqqdek ma’ dak li hu l-aktar profond fik, u tiżviluppa l-maturita’ u s-sens ta’ ħajtek.

Dati:        Mill-Ħamis, 4  ta’ Settembru sal-Ħadd,  7 ta’ Settembru, 2014

Imexxi:   Fr. Eddie  Mercieca, SJ

Post:       Dar  Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

2.  Irtir għas-saċerdoti Għawdxin - 1

     Dan l-irtir ta’ ħamest ijiem għas-saċerdot Għawdxin se jkun organizzat, bħal kull sena, mid-

Djoċesi  ta’  Għawdex.  Responsabbli:  Dun Giovanni Curmi.

  

Dati:        Mill-Ħadd,  14 ta’ Settembru sal-Ġimgħa, 19 ta’ settembru, 2014

Imexxi:    Rev. Fr. CHRIS  VELLA,  SJ

                  

Post:       Dar Manresa, Victoria.

.........................................................................................................................................................

OTTUBRU:

3.  Irtir għall-koppji miżżewġin:  “Inbid ġdid”

     Dan il-weekend huwa okkażjoni għall-koppji miżżewġin biex iġeddu u jiċċelebraw il-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom u jiskopru dejjem aktar  l-imħabba li Alla għandu għalihom u l-familji tagħhom.  Il-Weekend huwa mfassal b’mod kreattiv fejn ir-raġel u l-mara jkollhom okkażjoni jirriflettu flimkien.  Ikun hemm ukoll ħin ta’ “sharing” fi grupp magħmul minn 8 koppji.

     Dan l-irtir qed jiġi organizzat miċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’ Injazjana (CIS).

Dati:           Mill-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru sal-Ħadd, 19 ta’ Ottubru, 2014

Imexxi:     Fr. Vince Magri, SJ

Post:          Dar Manresa, Victoria.

.........................................................................................................................................................

NOVEMBRU:

4.  Irtir P.I.M.  ‘Metodi ta’ Talb’“Għallimna nitolbu!”

    Matul l-esperjenza tal-Eżercizzi Spiritwali, S. Injazju joffrielna diversi modi ta’ talb biex jgħinu lil kull wieħed isib l-aħjar mod kif jista’ jidħol f’relazzjoni ma Alla permezz tat-talb  -  modi li wieħed iħaddan f’mumenti differenti u skont iċ-ċirkustanzi.  

    Dan l-irtir ta’ ġurnata hu miftuħ għal kulħadd, iżda b’mod speċjali għal dawk li diġa għamlu l-esperjenza tal-PIM (Parish Ignatian Ministry), jew aħjar l-esperjenza  ta’ talb akkumpanjat fil-parroċċa tagħhom.  Dan l-irtir jgħinhom jerġgħu jġeddu din l-esperjenza u jieħdu impenn ġdid biex jgħixuha fil-ħajja ta’ kuljum.

Data:          Is-Sibt, 8 ta’ Novembru, 2014 bejn id-9.00 a.m. u l-4.00 p.m., 2014

Imexxu:     Ms. Rosalie Scicluna,  Ms. Giovanna Tabone  u  Fr. Anthony Cilia, SJ

Post:          Dar Manresa, Victoria.

.................................................................................................................................................................

5.  Irtir għas-saċerdoti Għawdxin – 2

     Dan hu t-tieni irtir għas-saċerdoti Għawdxin matul ħamest ijiem.  Dan hu organizzat ukoll mid-Djoċesi ta’ Għawdex u l-persuna responsabbli huwa Dun Giovanni Curmi.

Dati:          Mill-Ħadd, 16 ta’ Novembru sal-Ġimgħa,  21 ta’ Novembru, 2014

Imexxi:      Rev.  P.  JOSEPH  CIAPPARA,  OFM

Post:         Dar Manresa, Victoria.

.........................................................................................................................................................

6.  Irtir għall-Kappillani  Maltin.

Dan l-irtir ta’ ħamest ijiem għall-kappillani Maltin huwa organizzat mid Djoċesi ta’ Malta.  Responsabbli għalih hu Dun Keith Bonnici.

Dati:          Mill-Ħadd, 23 ta’ Novembru sal-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014 

Imexxi:     Fr.  PHILIP  CUTAJAR,  OFM CAP

Post:         Dar Manresa, Victoria.

.........................................................................................................................................................

DIĊEMBRU

7.  Irtir bl-Ikoni.

Dan l-irtir ta’ weekend huwa organizzat miċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’ Injazjana (CIS).  Se jitmexxa minn Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-santwarju Marjan, Ta’ Pinu, Għawdex .

Dati:         Mill-Ġimgħa,  5 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 7 ta’ Diċembru, 2014

Imexxi:    Rev. Dun Gerard Buhagiar, SThD, Dip.Lit, Dip.Arch

Post:        Dar Manresa, Victoria.

.........................................................................................................................................................

8.  Irtir ta’ Tħejjija għall-Milied:   “Nilqgħu lil dak li ġej!”

     Fil-ġranet ta’ qabel il-Milied nagħmlu ħafna tħejjijiet għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa, kemm fil-familja kif ukoll fit-toroq u ambjenti oħra.  Tajjeb li ftit ġranet qabel it-tifkira ta’ din l-akbar il-ġrajja tal-umanita’, aħna nieqfu ftit mill-ħajja mgħaġġla tagħna biex inħejju qalbna biex inkunu nistgħu nilqgħu kif jixraq lil Dak li ġabilna l-veru ferħ u paċi ta’ qalbna.

Dati:        Mill-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014.

Imexxi:  Fr. Edgar Busuttil,  SJ

Post:      Dar Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

FRAR  2015

9.  Weekend  familji  bit-tfal:

     Illum meta ssemmi l-familja, malajr jixgħel l-aħmar – mistoqsijiet u argumenti u emozzjonijiet.  Il-vera kwistjoni mhix ‘il-familja’ in ġenerali, imma IL-FAMILJA  TIEGĦEK.  Kif qed tibni l-familja tiegħek illum?  Kemm hemm ferħ fik  u fl-għeżież tiegħek?  X’inhuma l-isfidi u l-għajnuniet  biex twassal il-familja tiegħek fejn tixtieq int fis-soċjeta’  ta’ llum?

F’dan  “il-weekend” ikollna ċans nitkellmu u naqsmu l-esperjenzi tagħna dwar dan kollu.  Fuq kollox, mument fejn ngħixu flimkien bħala familja tal-familji.

Il-programm jinkludi ħruġ fil-kampanja, talb, riflesjoni, diskussjoni fil-koppja u fil-grupp.  It-tfal ikollhom programm għalihom u min jieħu ħsiebhom.

Dan il-weekend huwa organizzat miċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’ Injazjana (CIS).

Dati:        Mill-Ġimgħa, 6 ta’ Frar sal-Ħadd, 8 ta’ Frar, 2015.

Imexxi:   Fr. Paul Chetcuti, SJ

Post:       Dar Manresa,  Victoria.

.................................................................................................................................................................

MARZU

10.  Irtir ta’ tħejjija għall-Għid il-Kbir:

       Ir-Randan hu żmien ta’ grazzja li matulu l-Mulej jakkumpanjana biex niftħu qalbna għall-Kelma u l-grazzja tiegħu  -  żmien li fih jgħinna nagħmlu l-istess esperjenza ta’ Kristu, li ngħaddu mill-mewt għall-ħajja.  Dan l-irtir  hu okkażjoni biex nieqfu ftit u nħejju l-qalb tagħna biex nieħdu sehem sħiħ fil-Qawmien ta’ Kristu.

Dati:         Mill-Ġimgħa, 27 ta’ Frar sal-Ħadd, l-1 ta’ Marzu, 2015.

Imexxi:    Fr. Mark Cachia, SJ

Post:        Dar Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

11.  Irtir għas-Saċerdoti“Ejjew, strieħu ftit miegħi ...”

       Ftit ġimgħat qabel infakkru u ngħixu il-ġrajjiet tal-Passjoni, tal-Mewt u tal-Qawmien ta’ sidna Ġesu Kristu, nistiednu lis-saċerdoti biex jinatgħu ftit mill-ħajja mimlija attivitajiet biex jinġabru u jgħaddu tlett ijiem ta’ intimita’ mal-Mulej.

Dati:         Mit-Tnejn, 9 ta’ Marzu sal-Erbgħa, 11 ta’ Marzu, 2015.

Imexxi:    Fr. Paul Chetcuti, SJ

Post:        Dar Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

12.   Irtir għall-Professjonisti bil-Malti“Nixtiequ naraw lil Ġesu’”

       Żmien ir-Randan hu żgur żmien privileġġjat, żmien ta’ grazzja, li joffri l-possibilta’ lill-Professjonisti  jieqfu ftit mill-attivita’ tagħhom biex jiddisponu ruħhom aħjar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Qawmien mill-mewt ta’ Kristu u r-rebħa tiegħu fuq il-ħażen.

Dati:        Mill-Ħamis, 12 ta’ Marzu sal-Ħadd, 15 ta’ Marzu, 2015.

Imexxi:   Fr. Konrad  Grech,  SJ

Post:       Dar  Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

13.   Irtir ghall-Koppji  Miżżewġin, Professjonisti:

         Il-koppja miżżewġa tħoss il-bżonn li matul dan iż-żmien ta’ tħejjija għall-Gid il-Kbir, tieqaf ftit biex tirrifletti u titlob dwar kif qed tgħix ir-relazzjoni tagħha fiż-żwieġ kif ukoll ir-relazzjoni tagħha ma’ Alla.

Dati:        Mill-Ħamis, 19 ta’ Marzu sal-Ħadd, 22 ta’ Marzu, 2015.

Imexxi:   Fr. Joe  Cassar,  SJ

Post:       Dar  Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

14.   Irtir  għall-Professjonisti bit- Taljan:

        Dan l-irtir għandu tradizzjoni twila ħafna u bosta jistennewh minn sena għal oħra.  Matul dawn l-erbat ijiem il-professjonisti jkollhom l-okkażjoni li jirriflettu  u jitolbu dwar il-ħajja ta’ fidi tagħhom u jġeddu l-impenn nisrani tagħhom.  Din l-esperjenza hija msejsa fuq l-Eżercizzi Spiritwali ta’ S. Injazju  u l-Iskrittura Mqaddsa.

Dati:        Mill-Ġimgħa, 27 ta’ Marzu sat-Tlieta, 31 ta’ Marzu, 2015.

Imexxi:    Padre  Alessandro  Piazzesi,  SJ.

                 Padre Alessandro speċjalizza fl-istudji Bibliċi f’Ġerusalemm.  Wara li ġie ordnat saċerdot 

                 fl-1989 ġewwa Nażareth, huwa kompla l-istudji tiegħu fil-Psikoloġija, u, wara, dawk fl-

                 Ispiritwalita’ ġewwa l-Kanada.

                 Huwa għandu esperjenza kbira fl-akkumpanjament taż-żgħażagħ, mexxa ħafna gruppi 

                 tal-‘Lectio divina’ u cinefora.  Għal xi żmien kien kappillan f’parroċċa f’Ruma u għandu 

                 esperjenza kbira fit-tmexxija tal-Eżercizzi Spiritwali.   

Post:       Dar  Manresa,  Victoria.

APRIL

15.  Irtir fil-Kampanja:

       Permezz ta’ mixjiet u żjajjar fil-gżira sabiħa ta’ Għawdex nippruvaw nidħlu aktar fil-fond fil-misteru tal-Knisja tagħna.  Dawn il-ħarġiet ma għandhomx skop turistiku, iżda huma mod oriġinali kif nagħmlu rtir.  Għalhekk dawn il-mixjiet jinkludu ħinijiet ta’ silenzju, ta’ talb u ta’ qsim tal-esperjenzi flimkien.  

Dan il-‘weekend’ qed ikun organizzat miċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’ Injazjana (CIS).

Dati:          Mill-Ġimgħa, 10 ta’ April sal-Ħadd, 12 ta’ april, 2015

Imexxu:   Ms. Clare Camilleri  u  Ms.  Rosalie  Scicluna.

Post:         Dar  Manresa,  Victoria.

.........................................................................................................................................................

MEJJU

16.   Workshop dwar il-ħajja tal-ħrieb skont Kassjanu.

         Żewġ konferenzi:

         1.   The  Goal  or  Objective  of  the  Monks.

         2.   The Three  Renunciations

    F’dan il-‘weekend’ se naraw u nistudjaw żewġ konferenzi ta’ Kassjanu kif indikat fuq.  Se nużaw il-ktieb “John  Cassian:  Conferences”   (Classics of Western Spirituality).  Tistgħu tiksbu dan il-ktieb minn għand ‘The Book Depository.com’ (www.bookdepository.co.uk  għall-prezz ta’ €18.21 

Dati:         Mill-Ġimgħa,  l-1 ta’ Mejju  sal-Ħadd,  3 ta’  Mejju,  2015

Imexxi:    Fr. Joe Buhagiar Bianco, SJ

Post:        Dar  Manresa,  Victoria.  

.........................................................................................................................................................

   

17.    Irtir  ‘Lectio  Divina’:  “Ħu f’idejk u aqra ....”

         Il-‘Lectio Divina’ hu metodu qadim u dejjem ġdid ta’ qari spiritwali tal-Kotba Mqaddsa, ta’ talb bil-Bibbja.  Il-‘Lectio Divina’ fiha erba’ stadji:  1.  Il-‘lectio’  (il-qari),   2.  Il-‘Meditatio’, (il-meditazzjoni),   3.  L-‘Oratio’, (it-talb),   4.  Il-‘Contemplatio’ (il-kontemplazzjoni).  Danu hu bħal sellum, magħmul minn erba’ skaluni, li bih nitilgħu mill-art lejn is-sema.  Saqajh iserrħu fuq l-art, imma l-quċċata tiegħu tinfed is=sħab u tgħarrex is-sigrieti tas-sema.  (Guigo ċ-Ċertosin).

Dan se jkun irtir fis-silenzju li fih nitgħallem nitlob bil-‘Lectio Divina’.

Dati:         Mill-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju sal-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju, 2015.

Imexxi:   Fr.  Alex  Refalo, STL DipScEd.

Post:        Dar  Manresa,  Victoria,

.........................................................................................................................................................

18.  Individually  Guided  Retreats  in  English.

       Although no fixed retreats  or activities in foreign  languages are proposed in our programme, we accept on request persons wishing to do the Spiritual Exercises in English or French.

We can thus offer the following Individually Guided Retreats:

a)   Three, five or eight day retreats;

b)   The full 30 day Ignatian Spiritual Exercises;

c)   Besides, we also offer the opportunity for individuals and couples seeking calm and recollection to come and spend a few days with the Lord in our house in an atmosphere of quiet and peace.  Guidance will be priovided on request. 

.........................................................................................................................................................

Manresa  Retreat  House.

Contact  person:    Director:   Fr.  Anthony  Cilia,  SJ

                                                    Manresa  Retreat  House,

                                                    Triq Sta. Dminka,

                                                    Victoria,  Gozo   VCT  9037

                                Tel. 2155 6635   E-mail:  manresagozo@gmail.com  

.......................................................................................................   


Back to overview

facebook youtube twitter flickr