Riċetta Cassata Siciliana

RIĊETTA 8

Addattatament Claudia Cini

 

CASSATA SICILIANA

 

Għandek bżonn:                    Sponge moħmija lesta

                                                      Ġamm mingħajr biċċiet

                                                      1 kilo rkotta

                                                      200 gramma zokkor castor

                                                      200 gramma konfettura

                                                      100 gramma buttuni/frak taċ-ċikkulata

                                                      Tazza krema friska

                                                      Amaretto jew Maraschino

                                                      500 gramma pasta rjali ħadra

                                                      Ftit cornflour

                                                      Ċikkulata tat-tisjir jew royal icing

                                                      Ċirasa ħamra

                                                     

 

Metodu:                  Iksi landa tal-kejkijiet taċ-ċintorin ta’ daqs 30 ċm bl-istretch and seal id-dawra kollha.

                                    Aqta’ l-isponge irqiqa kemm tista’ u poġġiha fil-qiegħ u mal-ġnubijiet.

                                    Xarrab l-isponge bix-xorb, kemm tal-qiegħ kif ukoll tal-ġnubijiet.

                                    Ġo skutella għaffeġ tajjeb l-irkotta sa ma’ tiġi qisha krema u żid iz-zokkor, ix-xorb u l-                                                      krema friska.

                                    Żid il-konfettura u l-buttuni taċ-ċikkulata u ħawwad it-taħlita sewwa.

                                    Poġġi t-taħlita fil-landa u llixxjaha.

                                    Aqta’ biċċa sponge oħra u poġġiha fuq l-irkotta, għafas bil-mod ’l isfel u xarrab il-wiċċ                                                       bix-xorb.

                                    Qiegħed il-landa fil-friġġ għal madwar tliet sigħat.

                                    Neħħi l-cassata bil-mod mil-landa u poġġiha fuq platt ċatt.

                                    Idlek id-dawra kollha bil-ġamm.

                                    Iftaħ il-pasta rjali bi ftit cornflour u iksi l-cassata biha.

                                    Aqta’ pulit iż-żejjed u farfar il-cornflour tal-wiċċ b’pinzell tal-kċina.

                                    Żejjen il-wiċċ biċ-ċikkulata mdewba jew bir-royal icing u b’ċirasa ħamra fin-nofs.

                                   

                                   

Kont taf li:                 

l-irkotta oriġinat fl-Italja?  Il-kelma Taljana ricotta tfisser terġa’ tissajjar.  Dan għaliex l-irkotta tiġi magħmula mix-xorrox li jkun fadal wara li jinħadem il-ġobon.  Fil-fatt dawk li ma taqbilx magħhom il-kaseina, l-ingredjent ewlieni fil-ġobon, jistgħu jieklu l-irkotta għaliex il-kaseina tkun ittieħdet kollha meta jinħadem il-ġobon.  L-irkotta fiha biss 13% ta’ xaħmijiet.  L-irkotta fl-Italja hi magħmula mix-xorrox tal-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ jew tal-buffallo.  Fl-Amerika bħal f’Malta,  l-irkotta ssir biss mix-xorrox tal-baqar.  Ħafna pajjiżi ma jagħmlux irkotta, imma jagħmlu l-cottage cheese li jixbah ħafna l-irkotta biss huwa aktar tqil u ma jaqtax malajr daqs l-irkotta.  L-irkotta hija popolari ferm fir-riċetti tal-ħelu fosthom il-cassata siciliana, il-kannoli u ċ-cheesecake, iżda tintuża wkoll għal-lażanja, kannelloni, pastizzi, pizza, torti u saħansitra bħala sostitut tal-mayonnaise

 

 


Back to overview

facebook youtube twitter flickr