
Is-Sibt, 14 ta' Settembru: Festival fil-Pjazza Paolino Vassallo ġewwa l-belt storiku ta' Bormla.
Is-sena 2013 hija s-sena ddedikata lil-fidi, u l-Ġiżwiti flimkien ma' entitajiet oħra ser jorganiżżaw TWEMBJENT 2013, festival għall-familja kollha li ser jittratta dwar l-ambjent u l-fidi u d-diversi modi kif in-nisrani jista' jiċċelebra l-isbuħija tal-ambjent waqt li jilqa' l-isfidi u r-risponsabbilitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess tema.
Fit-16.30 Il-parteċipanti kollha jiltaqgħu fil-pjazza Paolino Vassallo fejn issir introduzzjoni dwar l-għan tal-attività mill-organizzaturi.
Fit-16.45 Quddiesa Quddiesa fil-knisja parrokjali li tiffoka fuq it-tema tal-Ambjent
Fil- 17.00 L-istands jinfetħu għall-pubbliku.
- 4 Stands li jwasslu il-messaġġ dwar l-iżvillupp sostenibli:
Mil-17.30 sat- 20.00
- Jiftaħ suq żgħir bl-istands ta’ xi għaqdiet mhux governattivi.
- Ikun hemm stands tal-ikel li jirrispetta l-ambjent
L-Attivitajiet tat-Tfal Animazzjoni tat-tfal mill-grupp Eko ċentru Parroċċa Żejtun Puppet show u affarjiet oħra
Sadanittant se jkun hemm Doubledecker open bus li se tkun qed iddur ma’ Bormla fuq rotta partikolari. Jiġu ppreżentati siti storiċi f’Bormla stess minn gwida. U wara fi gruppi żgħar issir riflessjoni dwar ir-rabta bejn il-Fidi u l-ambjent minn persuni tal-Kummissjoni Interdjoċesana tal-ambjent
Fis-19:00
Mons. Charles Cordina jindirrizza lin-nies preżenti dwar l-impenn tal-Knisja biex tipproteġi l-ambjent.
Mis-19.30 sal-23:00
Gruppi mużikali u korijiet se jkunu qed idoqqu u jkantaw fuq il-palk prinċipali. Il-mużika kollha tkun bit-tema tal-Ambjent.
23.00 Konklużjoni
Back to overview