A poetic tribute to the late Fr Reno Grech SJ

DIŻ-ŻIFFA W DIN IL-ĠAMRA

Tifkiret Fr. Reno Grech, S.J.

Jien hekk kont nafek, Ren,

Dieħel u ħiereġ qisek

Ziffa riħ ħelwa w kwieta

Ma timbuttax u tħabbat

Tkun hemm u tgħaddi

Kemm kemm titniffes

Tfarrġek bla ma taf kif

Għax bil-kemm kelma

Tgħaddi ħafifa minn qalbek

Tħalli marka bla marka

Ma turix passitha

Tnaddfek-taħjik bħall-ilma

Ġieri fuq żrar immelles

Int hekk kont, Ren.

Ma kontx ħuġġieġa nar

Tlebbet u tgħola

Taħraq lil min għaddej

Kont ġamra fost l-irmied

Tixgħel mingħajr xegħil

Minn ġewwa ssaħħan

Jew bħal musbieħ

Illi jdawwallek trieqtek

Tara fejn l-aħjar tmur

Tħossha qed tnemmnem fik

X’ħin tkun teħtieġha

Diż-żiffa w din il-ġamra

Għal min kien jafek

Dan kont int, Ren,

Bħal min int fiH

Bernard Mallia, sj

facebook youtube twitter flickr