Ġesu’ għadu cool!

Ġesu' għadu cool!

Ħafna drabi konna nistaqsu lil xulxin fl-ufficju tac-Chaplaincy... Imma din il-ħaġa tajba ġrat lil xi student b'kumbinazzjoni jew forsi l-Provvidenza? Matul dawn l-aħħar sentejn ħassejt din il-Provvidenza tal-Mulej ħajja,taħdem u tmiss l-qalb tal-istudenti u l-staff ta' l-Universita'. Wara li rajt u għixt dan kollu tibqa fija gratitudni u illum jien iktar konvint li iktar ma' tkun ġeneruż ma' Alla iktar tista' tkun kuntent u liberu li tgħati aktar.

Il-ħidma tiegħi kienet tvarja ħafna fic-Chaplaincy ta' l-Universita'. Mill-priedki qosra tal-Vanġelu darbtejn fil-ġimgħa għal akkumpanjament ta' xi żgħażagħ, għal li nqatta' ħin maż-żgħażagħ u nesperimenta  b'xi xogħol manwali. Kemm is-suċċessi kif ukoll l-fallimenti  li għaddejt minhom għamlu l-ħafna uċuħ ta' l-esperjenza isbaħ u iktar matura. Ħidma li kienet u li għadha tgħattini konsolazzjoni kbira hi l-esperjenza li nitlob għal u maż-żgħażagħ. Nissaħħar b'kemm Ġesu' għadu attrajenti għaż-żgħażagħ u ninnota li dawk li lesti jinvestu f'din ir-relazzjoni jsiru jafu lilhom infushom, lill-oħrajn u lil Alla aħjar.

Wieħed mis-slogans tal-ġiżwiti hu ‘l-għażla preferenzjali favur il-fqar'. Jien kuntent li dan stajt ngħixu ukoll fir-regency tiegħi permezz ta' l-esperjenzi ta' volontarjat li noffru permezz tac-Chaplaincy u l-inYgo. Il-qawwa tal-kuntatt ftit iktar fi-tul ma' min hu ifqar jew inqas b'saħħtu minna zgur li bdietlet lili u lil ħafna żgħażagħ madwari. Saħansitra darba student iddeskriva din l-epserjenza bħala l-isbaħ u l-iktar qawwija.

Il-ħajja komunitarja f'dar fejn il-ġiżwiti huma ħafna ikbar minni kella l-sfidi tagħha matul dawn s-sentejn imma cert li jiżbqu lil dawn it-tgħallimiet li ħadt mingħand il-ġiżwiti sħabi. Il-fatt li stajt ukoll nikkontribwixxi għal-komunita' għalkemm għandi inqas esperjenza jqawwili ħafna qalbi għal ġejjieni. Dan nista' ngħidu ukoll għad-diversi opportunitajiet li kelli li naħdem ma' ġiżwiti oħra u lajci oħrajn.

Naħseb li l-akbar tagħlima li ħa nieħu miegħi Pariġi (fejn ħa nkompli l-formazzjoni teoloġika bħala ġiżwita) hi li nkun grat ta' kemm Alla jieħu ħsiebi u kif permezz ta' hekk jistedinni nieħu ħsieb u ngħaddi ftit minn din l-esperjenza tal-Vanġelu lil ħafna oħrajn. U għal darb'oħra ntenni Grazzi mmens lil Dak (Mulej) u dawk li jieħdu ħsiebi sabiex nista' nieħu ħsieb aktar ta' l-oħrajn.

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Regina et Mater 2000

 

 

 

facebook youtube twitter flickr