M&Ms

Image from www.m-ms.com

M&Ms

Shabi qaluli biex mmorru quddies is-sibt. Mort ghax ommi ma toqghodx bi kwieta kieku. Xorta kont ser immur il-Hadd wahdi, ghallura ahjar immur ma shabi, forsi tghaddi aktar malajr dik is-siegha! Qaluli li mhix quddies bhal tas-soltu, imma ma tantx emminthom!

Il-quddiesa bdiet bhas-soltu. Haga stramba kienet li kien hemm bowl kbira bl-M&Ms. X'kellhom x'jaqsmu ma quddiesa ma stajtx nifhem! Il-qari ghadda u kont kwazi qed nonghos! Imbaghad beda il-Vangelu.

 Imbaghad kellem Gesu lin-nies  u lid-dixxipli tieghu u qal:

‘Fuq it-tron ta' Mose qaghdu l-kittieba u Farizej. Mela kull ma jghidulkom, aghmluh u harsuh, imma taghmlux dak li jaghmlu huma, ghax huma jghidu u ma jaghmlux...'

 F'qalbi ghedt: "Dal-farizej, misshom jisthu! Ara jien! Nghin lit-tfal, ix-xjuh, ir-refugjati, id-drogati." Izda fil-pront ftakart kemm kont iggilidt m'ommi il-gurnata ta' qabel ghax ma ridtx nahsel il-platti ghax kont sejjer nghin it-tfal l-istitut.

 

‘Tghid jien ukoll bhall-Farizej?'

Il-qassis kompla jaqra

Kull ma jaghmlu biex jarawhom in-nies. Jaghmlu filatteri wesghin u gmiemem twal; ihobbu l-ewwel postijiet fl-immwejjed... u li jkunu msejhin min-nies ‘Rabbi'.

Bdejt nahseb bejni u bejn ruhi. Qeghdin sew dawn bit-titli kollha. Insomma anke illum hafna jhobbu t-titli- ‘doctor, professor' Min b'plakka l hemm u l-ohra b'certifikat l-hawn.

 U dan l-ilbies kollu! Qishom biex jaghttu l-vojt ta' go fihom kienu jilbsuh!

 U jien f'qalbi ghedt: ‘Forsi jien ukoll bhal dawn? Halllini ndum sew quddiem il-mera u nixtri l-aqwa ditti biex zgur nidher sew. Donnu jimpurtani biss x'jghidu n-nies fuqi u kif nidher u mhux dak li jien minn gewwa!'

U Il-Qassis kompla

U la ssejhu ‘l hadd fuq l-art Missierkom, ghax il-Missier taghkom wiehed hu, dak li hu fis-smewwiet. Hekk ukoll thallux min isejhilkom mexxejja ghax il-mexxej taghkom wiehed hu, il-Messija.

Ghedt f'qalbi: Missier, Mexxej, Mexxej, Missier

Hawnhekk il-qassis waqaf u qal: Il-Vangelu qed jistiednek tkun M & M bhal Kristu. Mexxej li jmexxi imma b'affezzjoni kbira. U int ukoll mistieden tkun M&M ghax int ukoll ghandek okkazjonijiet fejn tista' tkun ta' influwenza kbira fuq l-ohrajn.

Dak il-hin hassejt toqol kbir jintrefa minn fuqi u bdejt nara aktar car. Kemm il-darba kelli okkazzjonijiet fejn kont responsabbli ta' xi haga u naf kemm hi difficli li tmexxi minghajr ma tkun superjuri! Kemm glied qlajt u relazzjonijiet tkissru! Issa naf is-sigriet! Li nimxi fuq il-passi ta' Kristu u nkun M&M bhalu. U bhalma l-M&Ms ghandhom kuluri differenti izda ghandhom forma wahda, hekk ahna ukoll ghandna kwalitajiet differenti izda mudell ta' mexxej wiehed! 

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Regina et Mater 2000

facebook youtube twitter flickr