Meta l-karriera u l-valuri jiġu f’kunflitt…

image from sxc.hu

Meta l-karriera u l-valuri jiġu f’kunflitt…

(esperjenza vera ta` Dr. Casha)

 Bћala żgћażugћa, il-karriera kienet l-akbar ћolma li kelli f’ћajti. Dejjem ġinekologa xtaqt insir. Wara li gradwajt bћala tabiba bdejt il-kors gћal ginekologa l-Italja. Ix-xogћol li kont nagћmel bћala tabiba kien ukoll l-uniku mezz kif immantni l-familja, ngћixu bil-paga tiegћi biss. Żewġi ma kienx jaћdem gћax kien gћadu jistudja u dak iż-żmien it-tifla kellha tliet snin. Bil-familja kollha miegћi fl-Italja, bdejt il-kors tal-ginekoloġija.

 

Fl-ewwel xhur kont nassisti fi swali ta` l-isptar differenti, fl-outpatients u fl-operazzjonijiet. Ġurnata fost l-oћrajn, tidћol mara fl-outpatients. Qalet li ma gihiex il-period u lanqas tissuspetta li hi tqila. Il-konsulent beda billi ћadilha test tat-tqala li kien pożittiv. Gћamilniela ultrasound u naraw tarbija ta` madwar xahrejn. Il-mara fil-pront ippanikjat: “Ma rridux! ma rridux!” bdiet tgћajjat. Dehret maћsudha ћafna. Gћalhekk il-konsulent dar fuqi u qalli: “Ibbukkjaha gћall-abort”. Gћedtlu: “Jien s’hawn nasal. Minħabba l-kuxjenza  tiegħi m’iniex lesta nagћmel dan.”

 

Ix-xogћol li kont nagћmel kien jagћtini l-gћażla tal-obbiettore di coscienza jiġifieri permess li nirrifjuta li nwettaq affarjiet li fil-kuxjenza nћoss li m’gћandix nagћmel. Il-konsulent dlonk qalli: “U aћna li naћdmu hawn mhux kollha obbiettori, imma issa dan hu x-xogћol tagћna. F’dal-każijiet mhux daqshekk importanti l-obiettore. Ħudilha l-booking xorta waћda.” Waqt li l-pazjenta kienet hemm tisma`, jien insistejt li se nieqaf hawn u l-booking ћadu hu. Wara li lestejna xogћolna, l-konsulent gћajjatli u b’leћen sod qalli: “Terġax tagћmel ћaġa bћal din, tiksirni u toqgћod tilgћabha tal-qaddisa. Din il-ћaġa mhix se terġa` tiġri.” “Jien hekk se nerga` nagћmel darb’ohra gћax din hija xi ћaġa importanti  gћalija.” Meta ra li bqajt soda f’fehmti irreferieni gћal Kap tad-Dipartiment, li tani appuntament miegћu.

 

Inzerta li dik il-ћabta, d-direttur spiritwali tiegћi kien fuq żjara l-Italja. Gћalhekk iltqajt miegћu biex niddiskuti din id-diffikultà. Huwa spjegali kif jekk dak li jkun inkun il-breadwinner tal-familja, jiġifieri li kelli nies li jiddependu minni u l-paga li ngib id-dar u minn naћa l-oћra ma kontx ser nieћu sehem attiv fil-qtil tat-tarbija, is-sitwazzjoni tiegћi setgћet tiġi skużata. Mela moralment m’inix ћajta gћax żewġi ma kienx jaћdem. Imma xorta waћda ma stajtx naċċetta li jien se mmantni l-familti billi nkun kompliċi f’abort. Naf li stajt ngћid l-aqwa li ma nagћmilx l-abort jien, imma ma stajtx. Forsi hawn min jaraha bћala skruplu żejjed imma jien gћalija ma kienx hemm triq tan-nofs. M’inix dak it-tip li naћseb li nista` nsalva d-dinja imma l-prinċipji li nemmen fihom nipprova ngћixhom.

 

Lil Kap tad-Dipartiment lanqas biss attendejt gћall-appuntament li tani, sempliċiment tajtu r-riżenja. Meta nћares lura ngћid forsi stajt iddiskutejtha miegћu imma naf li kien se jkolli ċirkostanzi oћra meta jerġgћu jinqalgћu diffikultajiet bћal dawn. U jekk inkun xogћol waћdi u ma jkollix persuna oћra miegћi, min se jieћdu l-booking? X’nagћmel? L-istruttura ma kinitx tagћtini modi oћra kif nista` noћroġ minn dawn is-sitwazzjonijiet. Ma ridtx nieћu riskju. Kelli naffronta s-sitwazzjoni jew ngћid ћajti kollha “ara x’gћamilt!”. Komplejt dik is-sena minћabba l-ischolarship li kont hadt u tlaqt.

 

Qatt ma gћedt  “x’mort nagћmel!”. Qatt ma ddispjaċieni. Il-Bambin jagћlaq bieb u jiftaћ mija. Kelli opportunitajiet oћra. Ġibt Post-graduate Diploma in Women’s Health li tkopri il-parti medika tas-saћћa tal-mara, xi ћaġa li kieku kont nagћmel bћala ġinekologa. Id-differenza kienet li peress li m’iniex ġinekologa ma nistax nopera.

 

Ma rridx nitfa` dell ikrah fuq ġinekoloġisti oћra. Forsi huma irnexxilhom jevitaw dil-ћaġa. Naf li hemm min irnexxielu. Ma tistax tiġġudika l-persuna. Nћoss biss li ћafna drabi f’xi punt jew ieћor tal-karriera ikollok tagћżel; jew il-valuri tiegћek jew il-karriera ssir il-Valur tiegћek. Jekk tibqa` żżomm ma’ ċerti valuri mhux dejjem tkun tista` tavvanza fejn trid. Mill-banda l-oћra b’ċertu poter gћandek ċans tagћmel ċertu ġid li mingћajru ma tistax. Gћalhekk kull sitwazzjoni trid tiżinha b’ћafna kawtela. Tajjeb li dak li jkun jistaqsi: Gћalfejn qed nagћmel din l-gћażla? Gћalija personali jew gћall-oћrajn? Iż-żejt dejjem jitla` f’wiċċ l-ilma. 

 

Suzanne Vella

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Regina et Mater 2000 .

 

 

 

facebook youtube twitter flickr