
Image from Ivan Grech
|
Intervista mal-kantant tal-Winter Moods - Ivan Grech
1. X'ispirak biex tahdem fil-qasam tal-muzika?
Kienet xi haga li twieldet mieghi, il-palk u l-muzika dejjem kienu parti mill-familja tieghi. Minn tfuliti bdejt inhoss li ghalijja l-muzika kienet l-isbah u l-aktar mod naturali biex nesprimi ruhi, w illum il-gurnata il-muzika hija hajti.
2. Xi tqis bhala l-ikbar success li ghamilt?
L-akbar success kien mall-grupp tieghi Winter Moods meta f'Lulju tal-2008 meta fil-Valletta Waterfront kellna folla ta' 'l fuq minn 7500 ruh li hallsu biex jassistu ghal kuncert taghna live. Dan kien l-akbar kuncert li qatt sar bi hlas ghal artist/grupp lokali.
Barra l-muzika nista' nghid ukoll li z-zwieg tieghi.
3. Esperjenza li ghaddejt minnha li immarkatek jew li ghallmitek xi haga fil-hajja...
Ta' 16-il sena tlift lil ommi u ftit xhur wara lil hija li kellu biss 23 sena. Hajti nbidlet kompletament u nista' nghid li mhux biss ghadni nhossha sal-llum, imma ser nibqa' nhossha ghal dejjem.
4. Il-fidi xi tfisser ghalik?
Jien trabbejt vicin ir-religjon, u t-taghlim u l-messagg ta' paci u mhabba li rcevejt fi tfuliti ghozzejthom matul is-snin. Naghmel minn kollox biex nghix hajja tajba.
Ghal aktar informazzjoni wiehed jista' jidhol fis-sit www.wintermoods.net
Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Flimkien.