Il- Volontarjat: Sejћa jew Opportunità?

Image from sxc.hu

Il- Volontarjat: Sejћa jew Opportunità?

Forsi fil-fond ta' kollox m'hemmx distinzjoni..l-ewwel darba li mort volontarjat ћassejtha bћalha opportunità gћal esperjenza differenti, biex niskopri lili nnifsi..u hemmhekk tgћallimt. Tgћallimt napprezza kull m'ghandi, tgћallimt nirrispetta kull tip ta' kultura, ta' karattru, ta' ikel, ta' klima, tgћallimt ninsa lili nnifsi, u sibt lili nnifsi fil-proċess..forsi kienet sejћa ġewwa fija li sabet l-opportunità li tmur...jew kienet l-opportunità li sibt f'ћajti li gћenitni niskopri s-sejћa ġo fija..

 

Kien hemm min qalli li żball, li ġenn tal-moћћ, li ћela ta' ћin..u kien hemm min qalli li opra sabiћa lejn il-proxxmu, li Alla jippremjani..li att ta kuraġġ u karita'..imma gћalija..kienet sempliċiment il-passi ta' saqajja miexjin wara qalbi..u xejn minn dak li qaluli m'gћamilli differenza.

 

Forsi s-sejћa gћall-volontarjat hi rigal ġewwa fik..jew neċessità li tagћti minnek innifsek..l-opportunità li xxerred l-imћabba u l-ferћ li jkollok ġo fik, li taqsam t-talenti u l-professjoni ma' dawk li ma jistgћux iћallsu gћal servizz li ћaqqhom..

 

Kien hemm min qalli li l-volontarjat egoizmu..tmur biex tћossok utli, tћossok qed tagћmel differenza, anke jekk fil-verità ma tantx tagћmel. U gћalfejn tmur 'il bogћod mill-pajjiż tiegћek stess biex tagћmel xi ћaġa li tista' tagћmel xorta d-dar? Gћalfejn tfittex il-faqar meta tista` tagћmel volontarjat d-dar? Kulћadd jaћdem gћall-familja, iћallas il-kontijiet jew iћallas l-istudji..t-tabib li jaћdem ġurnata sћiћa jżur il-morda bla waqfien, omm li tieћu ћsieb lill uliedha mbagћad lil ġenituri, il-paċenzja u l-imћabba li nuru kuljum mal-persuni li nћobbu..dak mhux ukoll volontarjat? Alla jippremjak xorta jekk tgћin mid-dar, opra sabiћa dak li jagћmlu n-nerses, is-sorijiet, il-pulizija, is-suldati, il-qassissin, il-patrijiet, l-avukati,..li jagћtu ћajjithom gћas-servizz...il-waiters, il-ћassiela, x-xufiera, dawk li jiġbru ż-żibel, il-bennejja, is-sajjieda u l-bdiewa, li jagћmlu xogћolhom bil-qalb u b'dedikazzjoni..kulћadd jgћin u jagћmel differenza b'xi mod jew ieћor..anke dawk bis-sejћa tagћhom...allaћares nagћmlu kollox gћall-flus biss...hawn tant persuni ta' qalb tajba, li jiddedikaw ћajjithom gћall-istess rutina kuljum bla waqfien u bla tgergir..kieku fejn aћna mingћajrhom?

 

Nћossni skomda meta nisma` t-tifћir gћax sejra volontarjat..ma nћossx li gћandi xejn iktar speċjali minn ћaddieћor..gћażla bћall-oћrajn..sejћa li se taqdi xorta waћda - u l-opportunità tgћinek taqdiha f'pajjiż jew post ieћor 'il bogћod mid-dar..ma` nies li ma tafx u gћadek ma tћobbx, forsi dik d-differenza..gћax inqas faċli tgћin lil min ma tafx...

 

Forsi l-volontarjat fih innifisu mhuwiex s-sejћa li kultant nqiegћdu fuq pedestall..s-sejћa hi l-mod kif ngћixu, d-deċiżjonijiet favur ta' madwarek jew le, d-dedikazzjoni li terfa` s-salib li gћandek fi triqtek bl-imћabba u umiltà..u tapprezza kull opportunità li tiltaqa` magћha, kbira jew zgћira, semplici jew straordinarja..Jien dejjem kont ngћid li biex nћossni qed ngћin irrid mmur 'il bogћod, u issa qiegћda 'il bogћod..fittixt l-opportunità u kont fortunata li sibtha..imma tgћallimt li anke kieku bqajt d-dar stajt inwettaq s-sejћa tiegћi li ngћin u nћobb kuljum..

 

Forsi l-volontarjat ћela ta' ћin li jġibek f'siktek..jew ġenn tal-moћћ li jiswa gћal xi ћaġa..aћjar milli ġenn tal-moћћ infittex parking il-Belt fil-gћodu..

 

Forsi tant mhedijin bl-affarijiet materjali fil-ћajja ta' kuljum, bl-appuntamenti u xiri, li nfittxu l-volontarjat biex immissu l-fond ta' qalbna, u nerġgћu nћossuna utli gћal xi ћaġa umana, xi ћaġa tanġibbli gћall-istinti naturali ġo fina..

 

Gћal dawk il-vera foqra, li ‘qas qatt daqu ċ-ċikkulata, meta gћandhom l-oriġini tagћha f'pajjiżhom stess..gћall-dawk li `qas gћandhom żarbun, meta huma u t-tfal tagћhom jaћdmu fil-fabbriki taż-żraben tad-ditta...gћal dawk li se jmutu, gћax gravaw fil-mard, wara li ma sabux mediċina bażika...gћalihom il-volontarjat rigal, miraklu, raġġ ta' dawl u ta' tama. Jekk nqisu l-volontarjat minn gћajnejhom..hemm forsi nifhmu il-valur propju tieghu, nћossuh. 

Samuela Galea

(Samuela gћandha 24 sena. Bћalissa fimkien ma` tfajla Maltija oћra qed tqatta` sena fiċ-Ċili taћdem mat-tfal permezz ta` programm ta` fondi mill-UE)

 

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Flimkien.

 

 

facebook youtube twitter flickr